Posts

Introduzzjoni

Image
M’hemm ebda ktieb aktar essenzjali għalina mill-Bibbja Mqaddsa. Il-Patt il-Ġdid hu t-tieni taqsima tagħha, it-twettiq tal-wegħdi t’Alla li kien ta lil Iżrael mill-antik. Bih Alla jibqa’ jkellimna llum. Il-ħtieġa ta’ traduzzjoni preċiża u fidila ilha tinħass ħafna. It-traduttur, Paul Mizzi, stinka u studja għal ħafna snin biex finalment tana dan ix-xogħol importanti, it-taħbit ta’ mħabbtu lejn Alla, lejn Kelmtu u lejn il-bnedmin. It-traduttur fisser ruħu hekk: “Fir-rwol tiegħi bħala traduttur, żammejt żewġ għanijiet f’moħħi matul il-proċess sħiħ tat-traduzzjoni: a. Ridt nibqa’, sakemm lingwistikament possibbli, fidil għalkollox u qrib it-test Grieg tan-Nestle-Aland. b. Fl-istess ħin xtaqt kemm jista’ jkun nirrendih b’Malti jiftiehem u normali, mexxej kemm jista’ jkun u li jinqara, irrispettiv hux Malti semitiku jew inkella mnissel mir-Romanz, jew inkella huwiex vokabularju antik jew relattivament modern.” Din it-traduzzjoni, maħduma fuq l-edizzjoni l-iktar reċenti tan-Novum Testamentum

Għaliex l-apokrifa m'humiex kanoniċi

Kien f’perjodu relattivament tard fl-istorja, fl-1546, matul il-Konċilju ta’ Trentro, illi l-Knisja Kattolika Rumana uffiċjalment laqgħet il-kotba Apokrifi bħala ispirati (bl-eċċezzjoni tal-1 u t-2 Esdra u t-Talba ta’ Manassi). Niftakru illi dan il-Konċilju kien ir-reazzjoni tal-Knisja Rumana għad-dottrina ta’ Luteru u Riformisti Protestanti oħra. Id-dottrina Evanġelika kienet qed tinfirex bil-ħeffa, u fil-kotba tal-Apokrifa nstab “sapport” għat-tagħlim Kattoliku ta’ talb għall-mejtin u ġustifikazzjoni bil-fidi u l-opri, mhux bil-fidi biss. Din kienet raġuni prinċipali għala ttieħdet id-deċiżjoni illi jkunu magħduda bħala ispirati, meta fil-passat, mis-sekli bikrija, il-ġudizzju ġenerali tal-knisja kien kontra tagħhom. Ir-Rumanisti jiddeskrivu dawn il-kotba bħala “dewterokanoniċi” aktarx milli “apokrifa.” Il-prefiss “dewtero” jfisser “it-tieni.” B’dat-terminu jridu jfissru “miżjuda aktar tard fil-qanun.” Dawn il-kotba ma jifformawx parti mill-Iskrittura. Dan hu evidenti, għal raġunijie

L-Apokrifa fl-Antik

Hemm diversi kotba u biċċa ta’ kitbiet imsejħa ġeneralment “l-Apokrifa.” Għall-għanijiet tagħna, bit-titlu “Apokrifa” se nkunu qed nirreferu għal dawn li ġejjin: Tobija, Ġuditta, l-Ewwel u t-Tieni Ktieb tal-Makkabin, l-Għerf, Bin Sirak (jew Ekkleżjażtiku), u Baruk, flimkien ma’ xi żidiet f’Danjel u Ester. Ninnotaw li kollha nkitbu żmien sew qabel it-twelid ta’ Kristu. Definittivament dawn il-kotba, u oħrajn magħhom, qatt ma kienu aċċettati mil-Lhud bħala Skrittura. Sal-lum il-Lhud iħaddnu virtwalment l-istess qanun tal-Patt il-Qadim kif adottat fil-knejjes Evanġeliċi.  Minkejja dal-fatt matul l-istorja bikrija tal-knisja kien hemm opinjoni maqsuma għandhomx ikunu kkonsidrati bħala parti mill-Iskrittura. Infatti, l-evidenza Kristjani l-aktar bikrija hi deċiżivament kontra l-fehma li l-Apokrifa huma parti mill-qanun bibliku, imma l-użu tal-Apokrifa gradatament kiber f’xi partijiet tal-knisja sa żmien ir-Riforma.  Ġirolmu inkluda dawn il-kotba, f’sezzjoni apparti għalihom, fit-traduzzjoni

Attakki fuq il-Bibbja

Ħafna u diversi huma l-assalti li l-infidili jipprova jagħmlu fuq il-Bibbja. Ħafna mrietel ittertqu huma u jħabbtu fuq l-inkwina tal-Bibbja. Anjostiċi, atej, kulti u setet, kritiċi liberali – bosta għamlu u jibqgħu jagħmlu l-attentat tagħhom fuqha. Ironikament, imqar minn dawk li suppost huma “ħbieb” tagħha ħabtu għaliha. Matul l-istorja kienet attakkata: 1. Il-bniedem għamel minn kollox biex jeqred l-Iskrittura u l-influwenza tagħha. Kopji innumerabbli tagħha ġew distrutti fi żmien il-persekuzzjonijiet imperjali. 2. Iżjed tard il-Knisja Kattolika kkaċċjat b’entużjażmu makabru lil dawk kollha li żammew l-Iskrittura bħala l-gwida spiritwali tagħhom.  a. Il-Knisja Rumana “eżiljat” il-Bibbja billi poġġietha fil-Lista ta’ Kotba Projbiti: “Aħna ma nippermettux wkoll li l-lajċi jkollhom il-kotba tal-Patt il-Qadim u l-Ġdid” (Il-Konċilju ta’ Valencia, 1229). b. Dil-qagħda patetika u irraġunevoli ppersistiet għal sekli sħaħ. Imqar wara r-Riforma, l-istess tendenza antagonistika baqgħet tintwera

Għala kitbiet oħra baqgħu barra mill-Bibbja

Mistoqsija f’lokha hi din: “Kif nafu li għandna l-kotba t-tajbin fil-qanun tal-Iskrittura li nippossiedu llum?” Naturalment il-knisja trid tkun konfidenti li għandha l-mappa korretta, bla mhi mbagħbsa. Fuq min jew fuq xiex issejjes il-konfidenza tagħha? Fl-aħħar mill-aħħar hi mibnija fuq il-fedeltà u l-veraċità t’Alla. Nafu li Alla ma jonqosx lil niesu, iħobbhom u jiggwidahom; nafu kemm hu importanti li niesu jkollhom kliemu, għax hu ħajjithom (Dewteronomju 32:47; Mattew 4:4). Għall-knisja, il-Bibbja hi prezzjuża u iżjed importanti minn kull ħaġa oħra fid-dinja.  Nafu wkoll li Alla Missierna jinsab fil-kontroll assolut fuq il-ġrajja umana. Mhuwiex it-tip ta’ Missier li sejjer jittrikkjana jew jonqos milli jkun emien magħna, jew inkella jċaħħadna minn xi ħaġa assolutament neċessarja għal niesu.  Il-qilla tal-kastigi li jżuru lil dawk li jżidu jew ineħħu mill-kelma t’Alla tikkonfermalna wkoll l-importanza li n-nies t’Alla jkollhom qanun korrett (Rivelazzjoni 22:18-19). Ma jistax ikun hem

Il-Bibbja hi Kompluta

M’għandniex nippretendu li xi kitbiet oħra jkunu miżjuda mal-qanun tal-Iskrittura. L-Epistola lill-Ebrej, fl-introduzzjoni tagħha, tpoġġi dil-mistoqsija fil-perspettiva storika xierqa tagħha, il-perspettiva tal-istorja tal-fidwa: “B’ħafna modi u b’diversi manjieri Alla kellem żmien ilu lil missirijietna bil-profeti, iżda fl-aħħar ta’ dawn il-jiem kellimna b’Ibnu, li kkostitwieh il-werriet ta’ kollox, li permezz tiegħu wkoll għamel id-dinjiet” (Ebrej 1:1-2). Il-kuntrast bejn kif kien jitkellem Alla fl-antik bil-profeti u l-komunikazzjoni reċenti tiegħu “fl-aħħar ta’ dawn il-jiem” jissuġġerixxi li d-diskors t’Alla b’Ibnu huwa l-quċċata ta’ x’għandu xi jgħid lill-umanità u huwa l-akbar rivelazzjoni fil-perjodu tal-ġrajja tal-fidwa, u għaldaqstant finali. Il-kobor eċċezzjonali tar-rivelazzjoni li tiġi permezz tal-Iben, li teċċiedi bil-wisq kwalunkwe rivelazzjoni oħra matul l-amministrazzjoni fil-patt il-qadim, huwa enfasizzat ripetutament matul l-ewwel żewġ kapitli tal-Lhud. Dawn il-fatti

Il-Knisja Bikrija u l-Qanun tal-Bibbja

Il-ġabra korretta u l-priżervazzjoni tal-qanun skritturali ma kienx jiddependi fuq il-knisja bikrija, fl-aħħar mill-aħħar. Kemm il-knisja kif ukoll il-Bibbja miġbura bħala librerija waħda rridu nqisuhom bħala parti integrali tal-istorja tal-fidwa nfisha. Bħalma Alla ħadem fil-ħolqien, fis-sejħa tal-poplu Iżraelita, matul il-ministeru ta’ Kristu, u fix-xogħol u l-kitbiet tal-appostli, hekk Alla wkoll kien u jibqa’ operattiv fil-priżervazzjoni tal-kotba mnebbħa minnu, għall-benefiċċju ta’ niesu matul il-ġenerazzjonijiet. Ċertament, il-knejjes bikrija kienu strumentali biex jinġabru l-kotba tal-Patt il-Ġdid, iżda finalment nibbażaw il-konfidenza tagħna fuq il-fedeltà t’Alla, li ma jħallix xogħlu jitgħarraq. “Is-smewwiet u l-art jgħaddu ’l hinn, iżda kliemi ma jgħaddix ’l hinn” (Marku 13:31). Alla kapaċi jippriżerva u jgħasses lil Kelmtu milli tintilef jew tiġi b’xi mod korrotta. F’Isaija naqraw, “Il-ħaxix jinxef, in-nwar jidbiel, iżda Kelma Alla tagħna tibqa’ għal dejjem” (Isa.40:8). Alla

Il-Ġabra Providenzjali tal-Kotba Ispirati

Il-kotba tal-Patt il-Ġdid inkitbu minn persuni magħżula minn Kristu. L-appostlu Pawlu ma kienx eċċezzjoni peress li l-Mulej deherlu fit-triq ta’ Damasku u ħatru appostlu tiegħu.  L-Iskrittura tal-Patt il-Ġdid kienet indirizzata lill-gruppi żgħar ta’ fidili mistkerrha (cf., 1 Korintin 1:26-29); madankollu r-reazzjoni spiritwali ta’ dawn li kkostitwew “il-merħla żgħira” kien determinanti bil-qabda rigward x’kellu eventwalment jidħol fil-forma finali tal-qanun. Dawn in-nies ma eżerċitawx influwenza fid-dinja madwarhom, u d-dinja ma kellha x’taqsam xejn mal-formazzjoni tat-qanun tal-Patt il-Ġdid. Il-komunikazzjoni kienet ristretta, u għal ħafna snin il-kitbiet li kienu popolari u effettivi f’ċerta lokalità ma laħqux il-lokalitajiet l-oħra.  Hu probabbli li ebda knisja ma kellha kopja sħiħa tal-qanun qabel il-bidu tat-tieni seklu. Billi kienu kkopjati bl-idejn, ftit kienu dawk li setgħu jippossiedu dawn it-teżori. Il-porzjon miżmum mill-knisja lokali kien priżervat b’għożża liema bħalha, u

Stadji fil-Formazzjoni tal-Qanun

Nistgħu nqassmu s-sekli bikrija fi tliet perjodi distinti li fihom il-qanun ġie rikonoxxut aktar u aktar. 1. L-ewwel, naturalment, kien il-perjodu tal-appostli. Huma saħqu awtorità għall-kitbiet tagħhom (1 Tessalonkin 5:27; Kolossin 4:16), u billi riedu li l-ittri tagħhom jinqraw fil-knejjes, beda proċess li dawn il-kotba eventwalment saru magħrufa universalment. Meta Pietru kiteb it-tieni ittra tiegħu, jidher li sa dak iż-żmien l-ittri ta’ Pawlu kienu magħrufa u popolari, u meqjusa fuq livell ugwali mal-Patt il-Qadim (2 Pietru 3:15-16). 2. Is-Santi Padri juru familjarità mal-kotba tal-Patt il-Ġdid. Dan juri li l-maġġor parti tal-Patt il-Ġdid kienet rikonoxxuta bħala Skrittura fit-tieni seklu. Hawn jibda t-tieni stadju.  Klement ta’ Ruma (96 w.K.) jikkwota minn Mattew, Luqa, Rumani, l-1 Korintin, Efesin, l-1 Timotju, Titu, Ebrej u l-1 Ġwanni. L-Epistola ta’ Barnaba (70-100 w.K.) għandha żewġ kwotazzjonijiet mill-Patt il-Ġdid, u ssejjaħ lill-Mattew 22:14 bħala Skrittura.  Polikarpu (69-

Il-Formazzjoni tal-Patt il-Ġdid

Il-qanun magħruf tal-Patt il-Ġdid ifforma b’mod spontanju, avolja bil-mod il-mod, tul is-snin. Hu fatt rimarkevoli li m’għandna ebda intervent bikri t’awtorità ekkleżjastika fl-għamla tal-qanun. Ebda konċilju, la lokali u lanqas ekumeniku, ma ddiskuta das-suġġett. Ebda deċiżjonijiet formali ma ttieħdu. Il-qanun deher qisu fforma lilu nnifsu. Dan in-nuqqas ta’ ndħil hu evidenza siewja favur il-ġenwinità tal-Evanġelji tagħna. Hekk jidher li l-Erba’ Vanġeli ssopravivew mhux minħabba xi awtorità barranija, iżda bit-toqol tagħhom stess, u waħidhom għattnu “l-evanġelji” spurji kollha, mewtuhom u tfewlhom il-miżura ta’ popolarità li darba seta’ kellhom.  Il-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-formazzjoni tal-qanun huma simplifikati qatigħ meta niftakru li l-Bibbja hi attwalità preżenti, bl-evidenza ta’ perfezzjoni divina. Għalhekk il-problema tisfa waħda li tmur lura u tipprova tara x’ġara fl-imgħoddi. Attenzjoni raġunevoli għall-fatti involuti juruna l-verità li l-metodu wżat fil-formazzjoni t

Il-Kanoniċità tal-Patt il-Ġdid

Kull ktieb tal-Iskrittura jawtentika lilu nnifsu, ladarba mill-mument li nkiteb kien b’nifs Alla (2 Timotju 3:16). Ma kien hemm ebda bżonn nistennew sakemm jitlaqqgħu diversi konċilji biex jeżaminaw il-kotba u jiddeterminaw liema kienu aċċettabbli u liema le. Ladarba kienu ġejjin minn Alla, il-kotba kienu diġà strettament kanoniċi. Il-knejjes bikrija, bħala l-merħla ta’ Kristu li tagħraf leħnu u ma tagħtix kas leħen il-barrani (Ġwanni 10:3-5,27), sempliċement għarfu u stqarrew - wara xi disputi u dibattiti - dak li kien diġà veru minħabba l-ispirazzjoni intrinsika tal-kotba. Peress li ħafna kotba spurji kienu qed jiġu ċċirkolati, Alla ggwida, skont il-providenza misterjuża u għarfa tiegħu, lil niesu biex jagħmlu għażliet korretti u jiġbru f’damma waħda l-kitbiet varji fil-qanun tal-Bibbja. L-Iskrittura, speċjalment il-Patt il-Qadim, inkitbet meta kien hemm ftit sforzi letterarji fl-oqsma l-oħra. Fil-każ tal-Patt il-Qadim, il-kitbiet kienu prodotti fil-maġġoranza tagħhom min-nies li kel

Il-Kanoniċità tal-Iskrittura

Il-kelma Griega kanon, li minnha hi derivita “qanun,” tfisser riga jew qasba tal-kejl. Tinsab ħames darbiet fil-Patt il-Ġdid; hi tradotta “qies” (2 Korintin 10:13,15; Filippin 3:16) u “regola” (Galatin 6:16).  Sa fejn nafu l-kelma kienet applikata l-ewwel f’das-sens minn Atanasju fir-raba’ seklu. B’daqshekk ma jfissirx li l-idea ta’ kanoniċità ma kinitx teżisti qabel. Infatti, l-istess kelma Skrittura, kif użata fil-Patt il-Ġdid, iġġorr magħha l-idea ta’ kanoniċità, jew dak li jitkejjel mal-livell divin, il-Kelma awtorevoli t’Alla. Kristu żamm l-Iskrittura bħala regola li ma tistax tinkiser, u lanqas tgħaddi qabel ma jitwettaq kull nitfa u naqra fiha. M’hemm ebda dubju li Pietru qies l-ittri ta’ Pawlu bħala Skrittura (2 Pietru 3:16), u l-knisja universali miż-żminijiet bikrija għarfet is-sebgħa u għoxrin ktieb tal-Patt il-Ġdid, bi ftit eċċezzjonijiet, bħala Skrittura ugwali mal-Patt il-Qadim.  “Fir-raba’ seklu kien hemm għaxar katalgi (ta’ Skrittura kanonika), f’sitta minnhom il-kotba

Il-Bibbja hi bla żball

Nitkellmu spiss dwar l-infallibbiltà u l-inerranza (bla żball) tal-Bibbja. Dan bir-raġun, għax nemmnu li Alla la jista’ jigdeb u lanqas iqarraq bina. Tul iż-żminijiet in-nies t’Alla ħaddnu din il-fidi. Il-knisja bikrija tkellmet dwar l-inerranza tal-Iskritturi Mqaddsa.  Nillimitaw ruħna għall-kitbiet ta’ Wistin ta’ Ippona fis-seklu 5. Jgħid li l-Bibbja qatt ma tikkontradixxi lilha nfisha. In-nies li jintimaw il-kuntrarju jkunu qed jaraw biss parti mill-evidenza. “Dawk li jallegaw kontradizzjonijiet fil-Bibbja ‘jeżaminaw biss dawk it-testimonjanzi tal-Iskrittura li jwieżnu l-fehma pekuljari tagħhom, bla ma jagħtu kas it-tifsira sħiħa u perfetta tat-tali passi li jesibixxu n-naħa opposta tal-verità’” (Commentary on Romans 111.7). Lanqas m’hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-Patt il-Qadim u l-Patt il-Ġdid. Il-Bibbja tagħti messaġġ wieħed. Wistin kiteb: “Irridu noqogħdu attenti li l-preċetti divini ma jikkontradixxux lil xulxin. Imma le: ħa nifhmu li hemm armonija perfetta bejniethom. Ħalli ma ns

Il-Varjanti fil-Manuskritti u l-Ispirazzjoni

Hemm min joġġezzjoni għall-ispirazzjoni tal-Bibbja, għax josservalna li l-inerranza biblika tirreferina għall-awtografi, ċoè l-manuskritti oriġinali tad-dokumenti bibliċi. Illum dawn kollha mitlufa: għandna biss apografi, ċoè kopji ta’ kopji ta’ kopji ta’ x’kiteb Ġeremija, Mattew u l-bqija. Allura qajla jiswielna nagħtu daqshekk importanza fuq dottrina li tapplika biss għal manuskritti noneżistenti, jew għallinqas ħadd ma jaf fejn huma. Bix-xieraq inwieġbu din l-oġġezzjoni: 1. Qabelxejn, ngħidu fatt ovvju: għal aktar minn disgħa u disgħin ta’ kliem il-Bibbja nafu kif kienu jinqraw l-awtografi, ossija l-manuskritti oriġinali. Imqar għal bosta mill-versi fejn għandna varjanti testwali (i.e., kliem differenti f’kopji antiki differenti tal-istess vers), il-qarja korretta sikwit tidher ċara, u għandna tabilħaqq ftit postijiet fejn il-varjant testwali hu diffiċli biex tevalwah kif ukoll sinifikanti biex tkun determinata t-tifsira. Fil-perċentwal ċkejken ta’ każijiet fejn hemm inċertezza sini

Ispirazzjoni Verbali u Plenarja

L-influwenza divina, kienet ta’ liema speċi kienet, illi akkumpanjat il-kittieba sagri f’dak li kitbu, testendi sal-espressjoni ta’ ħsibijiethom fil-lingwa li wżaw, kif ukoll fil-ħsibijiet infushom. L-effett ta’ dan hu li fl-awtografi (il-kitbiet oriġinali miktuba l-ewwel darba mill-appostli u l-profeti), il-lingwa tesprimi l-ħsieb illi Alla intenzjona li jwassal b’reqqa infallibbli, tant li l-kliem kif ukoll il-ħsibijiet huma r-rivelazzjoni t’Alla għalina. L-influwenza tal-Ispirtu s-Santu estendiet saħansitra għal kliem użat attwalment fil-Bibbja. Dan jidher minn dawn il-fatti: 1. L-istess disinn ta’ ispirazzjoni mhuwiex illi jassigura r-reqqa infallibbli tal-opinjonijiet tal-kittieba nfushom. Pawlu u Pietru ma qablux bejniethom (Galatin 2:11); u xi kultant il-profeti ma fehmux x’kitbu huma nfushom. Aktarx, mela, huwa illi jassigura r-rekordju infallibbli tal-verità. Imma kulħadd jammetti li rekordju jikkonsisti fl-użu xieraq tal-lingwa. 2. In-nies jaħsbu bil-kliem. Iżjed ma jaħsbu de

Min hu l-Ogħla: Il-Bibbja jew il-Knisja?

Il-Knisja Kattolika Rumana, storikament, insistiet u għadha tisħaq illi l-maġisteru tagħha għandu awtorità fuq il-Bibbja, għax il-Bibbja hi prodott tagħha, u kienet hi illi għarfet u ddeterminat liema kotba huma ispirati u allura kanoniċi. Il-pożizzjoni tagħha, sempliċement, hi hekk: il-Bibbja u t-Tradizzjoni huma ż-żewġ għejjun ta’ rivelazzjoni, iżda hu l-Maġisteru illi jfissirhom. Dan hu żball serju, mirfud minn awtorità taparsi. Ebda denominazzjoni mhi ogħla mill-Bibbja. Il-Knisja Kattolika tassumi pożizzjoni suprema saħansitra fuq il-Bibbja, iżda jibqa’ fatt ovvju u innegabbli illi ħadd ma jista’ jiġġudika dak li qal Alla. Għall-kuntrarju, Ġesù qal, “Min jirroftani u ma jirċevix kliemi għandu min jiġġudikah; il-kelma li tkellimt, dik se tiġġudikah fl-aħħar jum” (Ġwanni 12:48). Dak li hu imperfett, il-knisja, ma jistax ikun imħallef ogħla u aħjar minn dak li hu perfett, ċoè, il-Bibbja (ara Salmi 19:7-9). Jerġa’, il-Bibbja mhix prodott tal-knisja. Hu Alla li ta l-Bibbja lil niesu (cf

Ir-Rivelazzjoni lil Ġwanni

Dwar l-awtur Skont il-ktieb innifsu isem l-awtur kien Ġwanni, profeta (Rivelazzjoni 1:4,9; 22:8-9). Tradizzjonalment dan Ġwanni hu identifikat bħala Ġwanni l-appostlu, bin Żebedew. L-istil tar-Rivelazzjoni hu differenti minn dak tal-Evanġelju u t-tliet ittri, iżda dan mhu ebda prova li r-Rivelazzjoni ġie prodott minn xi Ġwanni differenti. In-natura ta’ letteratura apokalittika, il-fatt li dir-rivelazzjoni kienet mogħtija f’dehra, u ċ-ċirkostanzi ta’ Ġwanni bħala ħabsi faċilment ifornuna b’raġunijiet adegwati għad-differenzi fl-istil. L-eqdem kittieba, fosthom Ġustinu (151-155 w.K.) u Irenew (180 w.K.), jgħidu li dan Ġwanni kien l-appostlu. Xi wħud, bħal Dijonisju, isqof ta’ Lixandra, u Ewsebju (miet 339 w.K.) jiċħdu li kitbu l-appostlu. Oħrajn, bħal Ċirillu ta’ Ġerusalemm, Ġwanni Griżostmu, u Teodoretu, qatt ma jsemmu r-Rivelazzjoni fil-kotba tagħhom. Iżda għorrief oħra Griegi, bħal Atanasju, Ċirillu ta’ Lixandra, Epifanju, Girgor ta’ Nissa u oħrajn, kif ukoll il-Latini kollha jżommu ’

L-Epistola ta' Ġuda

Dwar l-awtur Ġuda, li jidentifika lilu nnifsu bħala ħu Ġakbu (Ġuda 1), mexxej ma’ oħrajn tal-knisja f’Ġerusalemm (Atti 15, eċċ.), u ħu l-Mulej Ġesù. Ġuda hu mniżżel fil-lista tal-aħwa ta’ Kristu (Mattew 13:55; Marku 6:3). Għalkemm, mill-istqarrija tiegħu stess, kellu l-intenzjoni jikteb trattat fuq is-salvazzjoni, iċ-ċirkostanzi rrekjedew illi jittratta l-kwistjoni tal-għalliema foloz u l-apostasija (Ġuda 3). Probabbilment l-ittra nkitbet bejn is-sena 70 u 80 w.K. Għala nkitbet L-ittra nkitbet biex tiddefendi l-fidi appostolika kontra t-tagħlim falz li kien rema’ jixxenxel fil-knejjes. Avvanzi allarmanti kienu qed isiru minn għamla bikrija ta’ Njostiċiżmu – mhux axxetiku, bħal dak attakkat minn Pawlu fil-Kolossin, iżda antinomjan (jiġifieri ta’ għalliema foloz li proponew illi wieħed jista’ jgħix laxk moralment u xorta waħda jsalva). In-Njostiċi kienu jistmaw kulma hu materjali bħala ħażin u kwalunkwe ħaġa spiritwali bħala tajba. Għaldaqstant kienu jikkoltivaw il-ħajja “spiritwali” tag

Iż-Żewġ Epistoli ta' Pietru

Dwar l-awtur L-għorrief tal-knisja, sa mit-tieni seklu, dejjem żammew iż-żewġ ittri bħala kitbiet ta’ Pietru l-appostlu. Biss Pietru ma kitibx b’idejh, imma permezz ta’ amanwensi jismu Silvanu (1 Pietru 5:12; imsemmi wkoll fl-1 Tessalonkin 1:1 u 2 Tessalonkin 1:1). Ħafna ssuġġerew li xi ħadd ieħor kiteb it-tieni ittra wara s-sena 80 minħabba differenzi fl-istil, id-dipendenza fuq Ġuda, u t-tismija li l-ittri ta’ Pawlu kienu miġbura (2 Pietru 3:16). Madakollu, l-użu ta’ skrib differenti jew ebda skrib jirriżulta wkoll f’bidliet stilistiċi. M’hemm ebda raġuni għala Pietru ma setax jissellef minn Ġuda, għalkemm hu iżjed probabbli li Ġuda nkitbet wara t-2 Pietru. Fit-tieni ittra tiegħu Pietru ma jirreferix neċessarjament għall-ittri kollha ta’ Pawlu, iżda biss dawk li kienu nkitbu sa dak iż-żmien. Barra minn hekk, similaritajiet bejn iż-żewġ ittri jindikaw l-istess awtur, u l-aċċettazzjoni tat-tieni ittra fil-qanun tiddomanda awtorità appostolika warajha.  Il-kittieb tat-tieni ittra kien p

L-Epistoli ta' Ġwanni

Dwar l-awtur Għalkemm hemm qbil ġenerali li l-istess bniedem li kiteb l-Evanġelju skont Ġwanni kiteb ukoll dawn l-ittri, xi wħud jidhrilhom li ma kinux miktuba (kif miżmum tradizzjonalment) minn Ġwanni l-appostlu, bin Żebedew, iżda minn Ġwanni ieħor (l-Anzjan jew il-Presbiteru) (2 Ġwanni 1; 3 Ġwanni 1). Huwa argumentat li raġel bla edukazzjoni (Atti 4:13) ma setax jikteb kitba daqshekk profonda bħall-evanġelju, u li l-appostlu Ġwanni ma kienx se jasal biex isejjaħ lilu nnifsu presbiteru. Iżda bla edukazzjoni ma jfissirx illitterat, imma biss bla taħriġ formali fl-iskejjel rabbiniċi. Xi sajjieda kienu tat-tajjeb (cf., Marku 1:20); u Pietru, għalkemm appostlu, sejjaħ lilu nnifsu presbiteru (1 Pietru 5:1). Barra minn hekk, jekk Ġwanni l-Anzjan hu “d-dixxiplu l-maħbub” u l-awtur tal-evanġelju, għaliex qatt ma jsemmi lil Ġwanni bin Żebedew, figura importanti f’ħajjet Kristu, f’dak l-evanġelju? L-evidenza turi li Ġwanni l-Anzjan u Ġwanni l-appostlu huma l-istess persuna. Fl-evanġelju u fl-it