Introduzzjoni
M’hemm ebda ktieb aktar essenzjali għalina mill-Bibbja Mqaddsa. Il-Patt il-Ġdid hu t-tieni taqsima tagħha, it-twettiq tal-wegħdi t’Alla li kien ta lil Iżrael mill-antik. Bih Alla jibqa’ jkellimna llum. Il-ħtieġa ta’ traduzzjoni preċiża u fidila ilha tinħass ħafna. It-traduttur, Paul Mizzi, stinka u studja għal ħafna snin biex finalment tana dan ix-xogħol importanti, it-taħbit ta’ mħabbtu lejn Alla, lejn Kelmtu u lejn il-bnedmin. It-traduttur fisser ruħu hekk: “Fir-rwol tiegħi bħala traduttur, żammejt żewġ għanijiet f’moħħi matul il-proċess sħiħ tat-traduzzjoni: a. Ridt nibqa’, sakemm lingwistikament possibbli, fidil għalkollox u qrib it-test Grieg tan-Nestle-Aland. b. Fl-istess ħin xtaqt kemm jista’ jkun nirrendih b’Malti jiftiehem u normali, mexxej kemm jista’ jkun u li jinqara, irrispettiv hux Malti semitiku jew inkella mnissel mir-Romanz, jew inkella huwiex vokabularju antik jew relattivament modern.” Din it-traduzzjoni, maħduma fuq l-edizzjoni l-iktar reċenti tan-Novum Testamentum