It-Tielet Epistola ta' Ġwanni


3 Ġw.4. M’għandix ferħ akbar. L-appostlu jesprimi affezzjoni lejn Gajju minħabba li l-kondotta tiegħu hi waħda eżemplari (Lq.6:46). 

it-tfal tiegħi jinsabu mexjin fil-verità. Qalb Ġwanni tinsab mgħaxxqa kif l-imġiba tal-ulied spiritwali tiegħu hi kif suppost tkun (cf., 1 Kor.4:14-16; 1 Tes.2:11; 3:1-10). Il-Kristjani li jimxu (kondotta) fil-verità (twemmin) għandhom integrità; id-dixxiplu galbat ma ssiblux dikotomija bejn x’jipprofessa bi lsienu u l-għemejjel tiegħu; jekk lil Ġesù jsejjaħlu “Sid” allura jobdih. 


3 Ġw.6. b’manjiera denja t’Alla (cf., Kol.1:10; 1 Tes.2:12). In-nies imissna nittrattawhom bħalma jittrattahom Alla nnifsu (cf., Mt.10:40), u dan isir l-ispirazzjoni prinċipali fl-eżerċizzju tal-ospitalità (Mt.25:40-45).


3 Ġw.7. L-isem hu ta’ Ġesù (At.4:12,18; 5:41; Fil.2:10-11). 


3 Ġw.9. Ktibt xi ħaġa lill-knisja. L-appostli evidentement ikkorrispondew ma’ kongregazzjonijiet differenti. Ma jfissirx li kulma kitbu kien ispirat; qatt ma kien intenzjonat minn Alla illi jkun parti mill-Bibbja Mqaddsa, apparti is-27 ktieb tal-Patt il-Ġdid.