L-Evanġelju Skont Luqa

  • Dwar l-awtur

Inkiteb minn Luqa, “it-tabib il-maħbub” (Kolossin 4:14), ħabib mill-qrib u sieħeb Pawlu. Kien probabbli l-uniku awtur mill-Ġentili li kiteb parti mill-Iskrittura. Ma nafu xejn dwar il-ħajja bikrija tiegħu jew dwar il-konverżjoni tiegħu ħlief li ma kienx xhud dirett ta’ ħajjet Ġesù Kristu (Luqa 1:2). Għalkemm kien tabib skont il-professjoni, serva primarjament evanġelista, u spiss akkumpanja lil Pawlu fl-impennji missjonarji tiegħu. Kien miegħu fi żmien il-martirju tal-appostlu (2 Timotju 4:11), iżda dwar il-ħajja mwaħħra tiegħu m’għandniex fatti ċerti.

Ix-xhieda tal-ewwel żminijiet tikkonferma lil Luqa bħala awtur tal-evanġelju. Irenew, isqof ta’ Lyons, fit-tieni seklu, Klement ta’ Lixandra, Oriġene u Tertulljanu fit-tielet seklu, il-lista ta’ Kotba Mqaddsa miktuba f’Ruma fit-tieni seklu, kollha jgħidu li Luqa, sieħeb Pawlu, kiteb it-Tielet Evanġelju. 


  • Meta nkiteb

Ladarba l-għeluq tal-Atti juri lil Pawlu f’Ruma, u ladarba l-Evanġelju skont Luqa kien miktub qabel l-Atti (Atti 1:1), l-evanġelju probabbilment ġie kompost madwar is-sena 60 w.K., possibbilment f’Ċesarija matul is-sentejn priġunerija ta’ Pawlu hemmhekk (Atti 24:27).


  • Distintivi fil-Vanġelu skont Luqa

Fil-prologu tiegħu, Luqa jistqarr li xogħlu kien stimulat mix-xogħol t’oħrajn. Ikkonsulta xhieda, għarbel u rranġa l-informazzjoni taħt il-gwida tal-Ispirtu s-Santu biex jistruwixxi lil Teofilu fiċ-ċertezza storika tal-fidi. Il-ktieb tiegħu hu riċerkat u dokumentat (Luqa 1:1-4).

Għalkemm dedikat speċifikament lil Teofilu, l-evanġelju hu sekondarjament indirizzat lill-Ġentili kollha.

Hi mogħtija attenzjoni speċjali dwar ir-rapportar tal-avvenimenti tat-twelid ta’ Kristu. Luqa biss jirrekordja t-tħabbira lil Żakkarija u Marija, l-għanjiet t’Eliżabetta u Marija, it-twelid u t-tfulija ta’ Ġwanni l-Battista, it-twelid ta’ Ġesù, iż-żjara tar-rgħajja, iċ-ċirkonċiżjoni, il-preżentazzjoni fit-tempju, dettalji dwar it-tfulija ta’ Ġesù, u l-ħsibjiet sigrieta ta’ Marija.

  Luqa juri interess rari fl-individwi, bħalma naraw fir-rakkonti dwar Żakkew u l-ħalliel niedem, il-parabboli tal-iben il-ħali u l-pubblikan niedem (Luqa 19:1-10; 23:39-43; 15:11-32; 18:9-14). Huwa Luqa li jagħtina l-istorja tas-Samaritan it-tajjeb u l-imġiddem grat (Luqa 10:29-37; 17:11-19). Il-post prominenti mogħti lin-nies hu distintiv ieħor ta’ dan l-evanġelju.

  F’dan l-evanġelju hemm enfasi speċjali fuq it-talb (Luqa 3:21; 5:16; 6:12; 9:18,28-29; 10:21; 11:1; 22:39-46; 23:34,46).

  L-awtur juri interess ukoll fil-faqar u l-għana (Luqa 1:52-53; 4:16-22; 6:20,24-25; 12:13-21; 14:12-13; 16:19-31). Bħala tabib, l-awtur jesibixxi interess mhux tas-soltu fi ħwejjeġ mediċi (Luqa 4:38; 7:15; 8:55; 14:2; 18:15; 22:50).

Il-ktieb jippriżerva erba’ innijiet sbieħ: il-Magnificat ta’ Marija, il-Benedictus ta’ Żakkarija, il-Glorja in excelsis tal-anġli, u n-Nunc Dimittis ta’ Simgħon (Luqa 1:46-55; 1:67-79; 2:14; 2:29-32) (It-titoli bil-Latin huma kollha meħuda mill-ewwel kelma jew kelmiet ta’ kull pass kif misjuba fil-Vulgata).

It-tema ta’ Luqa hi Kristu, Bin il-Bniedem, u għaldaqstant jirrakkonta bosta avvenimenti li juru l-umanità ta’ Kristu. Il-ġenealoġija tiegħu tieħu lura sa Adam, u rapportar dettaljat hu mogħti dwar ommu, u tfulitu. Il-ħsieb ewlieni hu: “Għax bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva dak li kien mitluf (Luqa 19:10). Il-parabboli f’Luqa għandhom nota distintivament umana u ta’ tfittix. Iżda Luqa joqgħod attent biex iħares id-divinità u l-pożizzjoni rjali ta’ Ġesù Kristu (Luqa 1:67-79). Għalhekk Luqa hu l-evanġelju “tar-raġel li jismu Rimja” (Żakkarija 6:12).