L-erba' Vanġeli armonizzati



Huwa interessanti u istruttiv kif kulma jingħad fl-erba’ Vanġeli (skont Mattew, Marku, Luqa u Ġwanni) jista’ jinġabar f’katina waħda ta’ avvenimenti. Dan l-eżerċizzju, kif jidher hawn isfel, insejħulu “Armonija tal-Vanġeli.” 

Il-Vanġeli nistgħu nxebbhuhom ma’ erba’ kantanti f’kor. Kull kantant għandu l-parti distintiva tiegħu xi jkanta, xi partijiet oħra jkantawhom flimkien, u f’kollox jingħaqdu biex jagħtu partitura pjaċevoli. B’mod simili, il-Vanġeli jagħtu xhieda dwar Ġesù ta’ Nażaret minn perspettiva differenti, u frattant jippreżentaw lill-istess Salvatur, u jirrakkontaw l-istess storja tiegħu. Jinsabu armonija waħda. 

Introduzzjonijiet għal Ġesù Kristu

1. L-istat ta’ Bin Alla qabel l-inkarnazzjoni tiegħu (Ġw.1:1-18).

2. Il-ġenealoġija ta’ Ġesù Kristu (Mt.1:1-17; Lq.3:23-38).

3. Id-daħla  u l-għan ta’ Luqa għall-Vanġelu tiegħu (Lq.1:1-4).

It-twelid, l-infanzja u l-adoloxxenza ta’ Ġesù u Ġwanni l-Battista

4. L-annunz tat-twelid ta’ Ġwanni (Lq.1:5-25).

5. Marija tirċievi l-aħbar illi kellha twelled lil Ġesù (Lq.1:26-38).

6. Eliżabetta tkellem lil Marija, qaribtha (Lq.1:39-45).

7. Il-Magnificat: Marija tfaħħar lil Alla għas-salvazzjoni u l-għemejjel kbar tiegħu (Lq.1:46-56). 

8. Il-Benedictus: it-twelid, l-infanzja u l-għan għall-futur ta’ Ġwanni l-Battista (Lq.1:57-80). 

9. It-twelid ta’ Ġesù mħabbar minn qabel lil Ġużeppi (Mt.1:18-23).

10. Sena 5 q.K. Ġesù jitwieled f’Betleħem (Mt.1:24-25).

11. L-anġli jipproklamaw it-twelid ta’ Ġesù lir-rgħajja (Lq.2:8-14).

12. Ir-rgħajja jżuru lit-tarbija Ġesù (Lq.2:15-20).

13. Ġesù jirċievi ċ-ċirkonċiżjoni fit-tempju (Lq.2:21). 

14. L-ewwel żjara ta’ Ġesù fit-tempju, fejn hu mistqarr minn Simgħon u Anna (Lq.2:22-38).

15. Il-maġi jżuru lil Ġesù u jagħtuh qima (Mt.2:1-12). 

16. Ġużeppi jħarrab lil Marija u t-tarbija Ġesù lejn l-Eġittu (Mt.2:13-15).

17. Erodu joqtol tfal innoċenti fit-tentattiv tiegħu biex jeqred lil Ġesù (Mt.2:16-18). 

18. Sena 3 q.K. Erodi l-Kbir imut. Ġużeppi jirritorna lejn Nażaret ma’ Marija u binha (Mt.2:19-23; Lq.2:39). 

19. It-tfulija ta’ Ġesù (Lq.2:40).

20. Sena 8 w.K. Ta’ tnax-il sena, Ġesù jżur it-tempju flimkien ma’ Marija u Ġużeppi (Lq.2:41-50). 

21. Rapport qasir dwar l-adoloxxenza u l-adultezza ta’ Ġesù (Lq.2:51-52). 

Dwar Ġwanni l-Battista

22. Ġwanni jibda l-ministeru pubbliku tiegħu (Mt.3:1; Mk.1:1-4; Lq.3:1-2). 

23. Ġwanni: il-persuna u l-messaġġ tiegħu (Mt.3:2-12; Mk.1:2-8; Lq.3:3-14). 

24. Ġwanni jippreżenta lil Ġesù fit-tnedija tiegħu (Mt.3:11-12; Mk.1:7-8; 3:15-18). 

25. Il-kuraġġ ta’ Ġwanni (Mt.14:4-12; Lq.3:19-20).

Il-bidu tal-ministeru ta’ Ġesù

26. Sena 27 w.K. Ġesù jitgħammed fil-Ġordan  (Mt.3:13-17; Mk.1:9-11; Lq.3:21-22).

27. Ġesù jittieħed fid-deżert biex jiġġarrab (Mt.4:1-11; Mk.1:12-13; Lq.4:1-13). 

28. It-testimonjanza ta’ Ġwanni dwar Ġesu (Ġw.1:19-34).

29. Ġesù jsejjaħ l-ewwel dixxipli tiegħu (Ġw.1:35-51). 

30. L-ewwel miraklu ta’ Ġesù meta jibdel l-ilma f’inbid (Ġw.2:1-11).

31. L-ewwel soġġorn tiegħu f’Kafarnaħum (Ġw.2:12).

32. Ġesù jnaddaf it-tempju l-ewwel darba (Ġw.2:13-22). 

33. Ġesù milqugħ f’Ġerusalemm (Ġw.2:23-25). 

34. Sena 27 w.K. It-taħdita ta’ Ġesù ma’ Nikodemu dwar it-twelid mill-ġdid (Ġw.3:1-21).

35. Ministeru ta’ Ġesù flimkien ma’ Ġwanni (Ġw.3:22-36). 

36. Ġesù jitlaq lejn il-Galilija (Mt.4:12; Mk.1:15; Lq.4:14; Ġw.4:1-4).

37. Id-diskorsata ta’ Ġesù mal-mara Samaritana (Ġw.4:5-42). 

38. Ġesù jirritorna lejn il-Galilija (Mk.1:15; Lq.5:15; Ġw.4:43-45). 

Il-ministeru ta’ Ġesù fil-Galilija

39. Ġesù jfejjaq iben l-uffiċjal (Ġw.4:46-54).

40. In-nies ta’ Nażaret jirroftaw lil Ġesù (Lq.4:16-30). 

41. Ġesù jittrasferi ruħu lejn Kafarnaħum (Mt.4:13-17). 

42. Erba’ dixxipli, sajjieda, mwiegħda li se jkunu trasformati f’sajjieda tal-bnedmin (Mt.4:18-22; Mk.1:16-20; Lq.5:1-11). 

43. Wieħed indemonjat hu lliberat nhar ta’ Sibt (Mk.1:21-28; Lq.4:31-37).

44. Il-kunjata ta’ Pietru mfejqa mid-deni, u oħrajn ikkurati (Mt.8:14-17; Mk.1:29-34; Lq.4:38-41).

45. L-ewwel ronda ta’ pritkar fil-Galilija (Mt.4:23-25; Mk.1:35-39; Lq.4:42-44). 

46. Ġesù jfejjaq wieħed imġiddem (Mt.8:1-4; Mk.1:40-45; Lq.5:12-16). 

47. Ġesù jfejjaq paralitiku u jaħfirlu dnubietu (Mt.9:1-8; Mk.2:1-12; Lq.5:17-26). 

48. Mattew imsejjaħ, u l-ikla f’ġieħ Ġesù (Mt.9:9-13; Mk.2:13-17; Lq.5:27-32). 

49. Id-dixxipli huma difiżi permezz ta’ parabbola (Mt.9:14-17; Mk.2:18-22; Lq.5:33-39). 

50. Ġesù jmur Ġerusalemm għat-tieni festa tal-Għid, u hemm ifejjaq raġel zopp (Ġw.5:1-47). 

51. Id-dixxipli jaqtgħu ż-żbul nhar ta’ Sibt, u l-kontroversja li tirriżulta (Mt.12:1-8; Mk.2:23-28; Lq.6:1-5).

52. Ġesù jfejjaq raġel b’idu niexfa, u jqanqal kontroversja oħra fuq l-osservanza xierqa tas-Sibt (Mt.12:9-14; Mk.3:1-6; Lq.6:6-11). 

53. Ġesù jkompli jfejjaq ġmiegħi kbar (Mt.12:15-21; Mk.3:7-12; Lq.6:17-19). 

54. Tnax magħżula bħala appostli wara lejl ta’ talb (Mk.3:13-19; Lq.6:12-16). 

55. Ħarifa tas-sena 28 w.K. Ġesù jipprietka fuq muntanja (Mt.5:1-7:29; Lq.6:20-49). 

56. Ġesù jfejjaq qaddej ta’ ċenturjun (Mt.8:5-13; Lq.7:1-10). 

57. Bin waħda armla mqajjem mill-mewt (Lq.7:11-17). 

58. Ġesù jittratta l-mistoqsija ta’ Ġwanni jekk huwiex il-Messija (Mt.11:2-19; Lq.7:18-35).

59. Ġesù jippronunzja gwajijiet fuq bliet privileġġjati, li baqgħu bla ndiema (Mk.11:20-24).

60. Ġesù jeżulta fis-sovranità t’Alla, u jwiegħed il-mistrieħ (Mt.11:25-30). 

61. Mara midinba tidlek lil Ġesù, u hi dikjarata maħfura (Lq.7:36-50). 

62. Ronda oħra ta’ pritkar fil-Galilija (Lq.8:1-3). 

63. Ġesù mixli b’dagħwa (Mt.12:22-37; Mk.3:20-30).

64. Il-Fariżej jiddomandaw miraklu, u Ġesù jwieġeb (Mt.12:38-45).

65. Omm u ħut Ġesù jipprovaw ikellmuh waqt li kien qed jgħallem (Mt.12:46-50; Mk.3:31-35; Lq.8:19-21). 

66. Ġesù jirrakkonta sensiela ta’ parabboli dwar is-saltna (Mt.13:1-52; Mk.4:1-34; Lq.8:4-18). 

67. Il-maltempata msikkta f’daqqa (Mt.8:23-27; Mk.4:35-41; Lq.8:22-25).

68. L-indemonjat ta’ Gadara mfejjaq minn Ġesù (Mt.8:28-34; Mk.5:1-20; Lq.8:26-39). 

69. Mara bit-tnixxija tad-demm imfejqa, u bint Ġajru mqajma mill-mewt (Mt.9:18-26; Mk.5:21-43; Lq.8:40-56). 

70. Ġesù jfejjaq żewġ għomja (Mt.9:27-31). 

71. Raġel indemonjat u mutu mfejjaq (Mt.9:27-31).

72. Nażaret terġa’ tirrofta lil Ġesù (Mt.13:53-58; Mk.6:1-6). 

73. It-Tnax mibgħuta jippritkaw u jfejqu (Mt.9:35-11:1; Mk.6:7-13; Lq.9:1-6).

74. Qtugħ ir-ras ta’ Ġwanni l-Battista (Mt.14:1-12; Mk.6:14-29; Lq.9:7-9).

75. It-Tnax jirritornaw, Ġesù jwarrab, u jitma’ ħamest elef (Mt.14:13-21; Mk.6:30-44; Lq.9:10-17; Ġw.6:1-14). 

76. Ġesù jimxi fuq l-ilma (Mt.14:22-33; Mk.6:45-52; Ġw.6:15-21). 

77. Il-morda f’Gennesaret huma mfejqa (Mt.14:34-36; Mk.6:53-56).

78. Rebbiegħa tas-sena 29 w.K. Ġesù jipprietka dwar il-ħobż tal-ħajja, u jibda jnaqqas mill-popolarità tiegħu fil-Galilija (Ġw.6:22-7:1). 

79. Ġesù jattakka tradizzjonijiet umani li jeħduha kontra l-Iskrittura Mqaddsa (Mt.15:1-20; Mk.7:1-23). 

80. Ġesù fin-naħiet ta’ Tir u Sidon, fejn ifejjaq bint mara Kangħanija (Mt.15:21-28; Mk.7:24-30). 

81. L-afflitti huma mfejqa (Mt.15:29-31; Mk.7:31-37). 

82. Ġesù jerġa’ jitma’ l-folla billi jimmultiplika l-ħobż u l-ħut (Mt.15:32-39; Mk.8:1-9). 

83. Il-Fariżej jisħqu biex jurihom sinjal mis-sema; iżidu fl-attakk tagħhom (Mt.16:1-14; Mk.8:10-13). 

84. Ġesù jwissi lid-dixxipli dwar il-ħmira, ċoè t-tagħlim, tal-Fariżej u s-Sadduċej (Mt.16:5-12; Mk.8:14-21).

85. Ġesù jfejjaq għama f’Betsajda (Mk.8:22-26). 

86. Pietru jistqarr lil Ġesù bħala Bin Alla, il-Messija (Mt.16:13-20; Mk.8:27-30; Lq.9:18-21). 

87. Ġesù jbassar il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu stess (Mt.16:21-26; Mk.8:31-38; Lq.9:22-25). 

88. Is-saltna mwiegħda (Mt.16:27-28; Mk.9:1; Lq.9:26-27).

89. Ġesù trasfigurat fuq il-muntanja (Mt.17:1-13; Mk.9:2-13; Lq.9:28-36). 

90.  L-epilettiku mfejjaq (Mt.17:14-21; Mk.9:14-29; Lq.9:37-42). 

91. Ġesù jerġa’ jipprofetizza l-mewt u r-resurrezzjoni tiegħu (Mt.17:22-23; Mk.9:30-32; Lq.9:43-45).

92. It-taxxa mħallsa (Mt.17:24-27).

93. Id-dixxipli jikkontendu dwar il-pożizzjoni tagħhom; Ġesù jispjega x’inhu kobor veru (Mt.18:1-5; Mk.9:33-37; Lq.9:46-50).

94. Ġesù jwissi dwar it-tfixkil li jwassal għad-dnub, dwar il-missjoni tiegħu biex isalva lill-bnedmin, dwar is-settarjaniżmu u l-periklu tal-infern (Mt.18:6-14; Mk.9:38-50).

95. Ġesù jgħallem dwar id-dixxiplina u r-restawrazzjoni ta’ min jidneb (Mt.18:15-20). 

96. L-importanza tal-maħfra: il-parabbola tal-qaddej maħfur li ma ħafirx lil sieħbu (Mt.18:21-35). 

97. Ġesù ma jilqax il-parir ta’ ħutu (Ġw.7:2-9).

98. Tluq mill-Galilija u aktar fejqan (Mt.19:1-2; Lq.9:51; Ġw.7:10).

99. Ġesù rroftat mis-Samaritani (Lq.9:52-56).

100. Ġesù jispjega x’ifisser u x’jinvolvi tkun dixxiplu tiegħu (Mt.8:18-22; Lq.9:57-62).

L-aħħar ministeru ta’ Ġesù fil-Ġudea u l-Perea 

101. Sajf tas-sena 29 w.K. Ġesù jattendi l-Festa tal-Għerejjex (Ġw.7:11-52). 

102. Adultera miġjuba quddiem Ġesù, li tirċievi l-maħfra mingħandu (Ġw.7:53-8:11). 

103. Ġesù jitkellem dwaru nnifsu bħala d-dawl tad-dinja (Ġw.8:12-20). 

104. Ġesù jitkellem dwar Missieru, dwaru nnifsu u mewtu, id-dixxiplar u l-libertà ġenwina, l-ulied veri ta’ Abraħam, u l-eternità tiegħu nnifsu (Ġw.8:13-59). 

105. Is-servizz tat-tnejn u sebgħin, u saħta fuq bliet impetitenti (Lq.10:1-16).

106. Ir-ritorn tat-tnejn u sebgħin, u l-ferħ ta’ Ġesù (Lq.10:17-24). 

107. Ġesù jirrakkonta l-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb (Lq.10:25-37). 

108. L-ospitalità ta’ Marta u Marija (Lq.10:38-42).

109. Mogħti mudell għat-talb, u l-parabbola tar-raġel li talab il-ħobż mingħand ħabibu billejl. Perseveranza fit-talb u tħeġġiġ għalih (Lq.11:1-13).

110. Ġesù mixli li għandu konnessjoni max-xitan: dar maqsuma ma żżommx sħiħa (Lq.11:14-26).

111. L-importanza ta’ ubbidjenza għar-rieda t’Alla (Lq.11:27-28). 

112. Nisel ħażin jiddomanda sinjal (Lq.11:29-32). 

113. Il-lampa tal-ġisem (Lq.11:33-36).

114. Ġudizzju kontra l-avukati u l-Fariżej (Lq.11:37-54). 

115. Ġesù jittratta dwar l-ipokrisija (Lq.12:1-3).

116. Tagħlim biex ma nibżgħux mill-bnedmin, iżda nibżgħu biss minn Alla, filwaqt li nafdaw fil-providenza tajba tiegħu (Lq.12:4-7). 

117. Id-dixxiplu jistqarr lil Ġesù bħala Sidu (Lq.12:8-12).

118. Ġesù jwissi kontra r-regħba: il-parabbola tas-sinjur iblah (Lq.12:13-21). 

119. Ġesù jispjega dwar l-inutilità tat-tħassib; jgħallem dwar afdar f’Alla provvidenti u dwar teżori dejjiema (Lq.12:22-34). 

120. Ġesù jgħallem dwar qaddejja fidili jistennew lil Sidhom (Lq.12:35-48). 

121. Ġesù jġib il-firda (Lq.12:49-53).

122. Ġesù jgħallem dwar id-dixxerniment taż-żmien u l-importanza li tirranġa mal-għadu (Lq.12:54-59). 

123. Ġesù jgħallem li l-indiema hi indispensabbli għas-salvazzjoni (Lq.13:1-5). 

124. Ġesù jirrakkonta l-parabbola tat-tina bla frott (Lq.13:6-9).

125. Mara milwija mfejqa nhar ta’ Sibt (Lq.13:10-17). 

126. Ġesù jirrakkonta l-parabboli taż-żerriegħa tal-mustarda u tal-ħmira (Lq.13:18-21). 

127. Ġesù jfejjaq raġel imwieled għama, u l-konsegwenzi ta’ dal-miraklu (Ġw.9:1-41). 

128. Ġesù jitkellem fuqu nnifsu bħala r-Ragħaj it-Tajjeb (Ġw.10:1-21). 

129. Sena 30 w.K. Ġesù jattendi l-Festa tad-Dedikazzjoni (Ġw.10:22-39). 

130. Ġesù jirtira lil hinn mill-Ġordan (Ġw.10:40-42). 

131. Ġesù jwieġeb il-mistoqsija jekk humiex ftit li se jsalvaw (Lq.13:22-30). 

132. Ġesù jagħli għal Ġerusalemm (Lq.13:31-35).

133. Ikla ma’ wieħed Fariżew tkun okkażżjoni għal fejqan ta’ raġel idropiku (Lq.14:1-6).

134. Ġesù jirrakkonta l-parabbola biex jgħallem l-umiltà (Lq.14:7-14).

135. Ġesù jgħid il-parabbola tal-mistiedna li ġabu l-iskużi biex ma jattendux iċ-ċena (Lq.14:15-24). 

136. X’jinvolvi l-iddixxiplar: erfa’ s-salib, għodd in-nefqa u kun melħ tajjeb (Lq.14:25-35). 

137. Ġesù jirrakkonta tliet parabboli biex juri d-dispożizzjoni tajba t’Alla lejn il-midneb, u l-ferħ li jirriżulta mill-indiema: nagħġa, munita u iben mitluf (Lq.15:1-32). 

138. Ġesù jgħid il-parabbola tal-amministratur astut u jgħallem dwar l-użu tajjeb tal-ġid u fedeltà lejn Alla (Lq.16:1-13).

139. Ġesù jgħallem dwar il-liġi, il-profeti u s-saltna (Lq.16:14-18).

140. Ġesù jgħid il-parabbola tal-għani u Lażżru (Lq.16:19-31). 

141. Ġesù jagħti lezzjonijiet dwar l-iskandlu, il-maħfra bejn l-aħwa, u dmir il-qaddej (Lq.17:1-10). 

142. Ġesù jqajjem lil ħabibu Lażżru mill-mewt (Ġw.11:1-44). 

143. Bħala reazzjoni, Ġesù kellu jwarrab (Ġw.11:45-54). 

144. Ġesù jibda l-aħħar vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm mis-Samarija u l-Galilija (Lq.17:11).

145. Ġesù jfejjaq għaxar lebbrużi (Lq.17:12-19). 

146. Tagħlim dwar is-saltna: diġà waslet u għad trid tiġi (Lq.17:20-37).

147. Lezzjoni dwar persistenza fit-talb: il-parabbola tal-armla u l-imħallef ħażin (Lq.18:1-8).

148. Parabbola oħra: il-Fariżew u l-pubblikan fit-tempju (Lq.18:9-14).

149. Tagħlim fuq iż-żwieġ u d-divorzju (Mt.19:1-12; Mk.10:1-12).

150. Ġesù jbierek lit-tfal ċkejknin (Mt.19:13-15; Mk.10:13-16; Lq.18:15-17). 

151. Direttivi lil wieħed ħakkiem għani dwar dħul fis-saltna (Mt.19:16-30; Mk.10:17-31; Lq.18:18-30).

152. Ġesù jirrakkonta parabbola dwar ħaddiema fil-vinja: kulħadd jitħallas l-istess (Mt.20:1-16). 

153. Għal darb’ oħra Ġesù jitkellem dwar il-mewt u r-resurrezzjoni tiegħu nnifsu (Mt.20:17-19; Mk.10:32-34; Lq.18:31-34). 

154. L-ambizzjoni ta’ Ġakbu u Ġwanni (Mt.20:20-28; Mk.10:35-45). 

155. Bartimew l-għama hu mfejjaq (Mt.20:29-34; Mk.10:46-52; Lq.18:35-43). 

156. Ġesù jidħol għand Żakkew, li jikkonverti (Lq.19:1-10). 

157. Ġesù jgħid il-parabbola tal-miniet (Lq.19:11-27). 

158. Ġesù jirritorna għand Marija u Marta (Ġw.11:55-12:1). 

159. Isir komplott biex joqtlu lil Lażżru (Ġw.12:9-11). 

L-aħħar ġimgħa ta’ ħidma ta’ Ġesù f’Ġerusalemm

160. Rebbiegħa tas-sena 30 w.K. Id-daħla trijonfali tas-Sultan Ġesù f’Ġerusalemm (Mt.21:1-9; Mk.11:1-11; Lq.19:28-44; Ġw.12:12-19). 

161. Ġesù jnaddaf it-tempju għat-tieni darba (Mt.21:10-17; Mk.11:15-17; Lq.19:45-48).

162. Ġesù jisħet it-tina bla frott, u jgħallem fuq it-talb (Mt.21:18-22; Mk.11:12-14).

163. Xi Griegi jixtiequ jaraw lil Ġesù, u l-Missier ikellmu mis-sema (Ġw.12:20-33).

164. Ġesù jħeġġeġ lin-nies biex jemmnu fid-dawl (Ġw.12:34-36).

165. Għala l-Lhud ma emmnux f’Ġesù; xi oħrajn emmnu; kelmet Ġesù tiġġudika fl-aħħar jum (Ġw.12:37-50). 

166. Lezzjoni mis-siġra tat-tin niexfa: l-effettività tat-talb u l-ħtieġa tal-maħfra (Mk.11:19-26). 

167. Is-sanedrin jisfida lil Ġesù, li jweġibhom bil-parabboli taż-żewġ ulied, tal-gabillotti ħżiena, u tal-festa tat-tieġ (Mt.21:23-22:14; Mk.11:27-12:12; Lq.20:1-19).

168. Ġesù jgħallem dwar l-obbligi lejn il-gvern u lejn Alla (Mt.22:15-22; Mk.12:13-17; Lq.20:20-26). 

169. Ġesù jwieġeb il-mistoqsija tas-Sadduċej dwar il-qawmien (Mt.22:23-33; Mk.12:18-27; Lq.20:27-40). 

170. Ġesù jispeċifika liema huma l-kmandamenti l-iżjed importanti (Mt.22:34-40; Mk.12:28-34). 

171. Ġesù bħala bin David u Sid David (Mt.22:41-46; Mk.12:35-37; Lq.20:41-44). 

172. Ġesù jiddenunzja lill-mexxejja reliġjużi (Mt.23:1-39; Mk.12:38-40; Lq.20:45-47). 

173. L-offerta tal-armla fqira fit-teżorerija tat-tempju (Mk.12:41-44; Lq.21:1-4). 

174. Ġesù jbassar it-tiġrifa tat-tempju, il-waqgħa ta’ Ġerusalemm, kif ukoll is-sinjali qabel l-avvent glorjuż tiegħu fl-aħħar jum (Mt.24:1-51; Mk.13:1-37; Lq.21:5-36). 

175. Bil-parabbola tal-għaxar xebbiet Ġesù jgħallem lid-dixxipli l-ħtieġa illi jgħassu u jkunu preparati (Mt.25:1-13).

176. Ikompli bil-parabbola tat-talenti fdati f’idejn il-qaddejja: ir-responsabbiltà, bżulija u fedeltà fil-qadi (Mt.25:14-30).

177. Ġesù jagħti x-xenarju tal-ġudizzju finali: nagħaġ u mogħoż, ħajja eterna jew kastig etern (Mt.25:31-46). 

178. Ġesù jispeċifika d-data meta kellu jkun imsallab (Mt.26:1-5; Mk.14:1-2; Lq.21:37-38; 22:1-2). 

179. Marija tidlek lil Ġesù bil-fwieħa waqt iċ-ċena għand Xmun (Mt.26:6-13; Mk.14:3-9; Ġw.12:2-8).

180. Ġuda jiftiehem mas-sommi saċerdoti biex jittradixxi lil Ġesù (Mt.26:14-16; Mk.14:10-11; Lq.22:3-6). 

181. Isiru t-tħejjijiet biex Ġesù jiċċelebra l-Għid mad-dixxipli (Mt.26:17-19; Mk.14:12-16; Lq.22:7-13). 

182. Waqt l-ikla tal-Għid; l-għira hi mċanfra (Mt.26:20; Mk.14:17; Lq.22:14-16,24-30). 

183. Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli (Ġw.13:1-20). 

184. Ġesù juri min hu t-traditur tiegħu, u Ġuda joħroġ biex jittradih (Mt.26:21-25; Mk.14:18-21; Lq.22:21-23; Ġw.13:21-30). 

185. Ġesù jwissi lid-dixxipli illi se jitilquh fis-siegħa tal-prova, iżda d-dixxipli jaffermaw il-lealtà tagħhom (Mt.26:31-35; Mk.14:27-31; Lq.22:31-38; Ġw.13:31-38). 

186. Ġesù jwaqqaf l-Ikla qaddisa, li biha d-dixxipli kellhom jiftakru fih tul iż-żminijiet (Mt.26:26-29; Mk.14:22-25; Lq.22:17-20).

187. Ġesù jgħallem lid-dixxipli għall-aħħar darba fuq diversi temi fiċ-ċenaklu (Ġw.14:1-16:33).

188. Ġesù, bħala l-qassis il-kbir, jitlob għalih innifsu u għall-fidili qabel il-passjoni (Ġw.17:1-26). 

189. Ġesù jitlob fil-Getsemani u jkellem lid-dixxipli (Mt.26:30,36-46; Mk.14:26,32-42; Lq.22:39-46; Ġw.18:1). 

190. Ġesù huwa tradut, arrestat, u d-dixxipli tiegħu jabbandunawh (Mt.26:47-56; Mk.14:43-52; Lq.22:47-53; Ġw.18:2-12). 

191. Ġesù mistħarreġ minn Anna (Ġw.18:13-14,19-23). 

192. Ġesù mgħoddi proċess quddiem Kajfa u l-Kunsill, u hu mżeblaħ (Mt.26:57,59-68; Mk.14:53,55-65; Lq.22:54,63-65; Ġw.18:24). 

193. Iċ-ċaħda tripla ta’ Pietru (Mt.26:58,69-75; Mk.14:54,66-72; Lq.22:54-62; Ġw.18:15-18,25-27). 

194. Ġesù kkundannat mill-Kunsill tal-Lhud (Mt.27:1; Mk.15:1; Lq.22:66-71). 

195. Ġuda jikkommetti suwiċidju (Mt.27:3-10).

196. Ġesù jittieħed l-ewwel darba quddiem Pilatu l-gvernatur (Mt.27:11-14; Mk.15:1-5; Lq.23:1-7; Ġw.18:28-38). 

197. Ġesù jidher quddiem Erodi (Lq.23:6-12). 

198. Għat-tieni darba Ġesù jinġieb quddiem Pilatu (Mt.27:15-26; Mk.15:6-15; Lq.23:13-25; Ġw.18:39-19:16).

199. Is-suldati Rumani jgħaddu lil Ġesù biż-żmien u jinsulentawh (Mt.27:27-30; Mk.15:16-19). 

200. Ġesù meħud lejn il-Golgota (Mt.27:31-34; Mk.15:20-23; Lq.23:26-33; Ġw.19:16-17). 

201. Sitt avvenimenti fl-ewwel tliet sigħat meta Ġesù kien mislub (Mt.27:35-44; Mk.15:24-32; Lq.23:33-43; Ġw.19:18-27).

202. L-aħħar tliet sigħat fuq is-salib (Mt.27:45-50; Mk.15:33-37; Lq.23:44-46; Ġw.19:28-30). 

203. Avvenimenti marbuta mal-mewt ta’ Ġesù (Mt.27:51-56; Mk.15:38-41; Lq.23:45,47-49). 

204. Ġesù midfun f’qabar ġdid fil-qrib (Mt.27:57-60; Mk.15:42-46; Lq.23:50-54; Ġw.19:31-42). 

205. Il-qabar hu ssiġillat u n-nisa josservaw (Mt.27:61-66; Mk.15:47; Lq.23:55-56). 

Mill-qawmien ta’ Ġesù sa meta tela’ lura fis-smewwiet

206. In-nisa jinvistaw il-qabar (Mt.28:1-8; Mk.16:1-8; Lq.24:1-11).

207. Pietru u Ġwanni jmorru u jaraw il-qabar vojt (Lq.24:12; Ġw.20:1-10). 

208. Ġesù jidher lil Marija Madalena (Mk.16:9-11; Ġw.20:11-18). 

209. Ġesù jidher lil nisa oħra (Mt.28:9-10). 

210. L-għassiesa jirrapportaw dwar il-qawmien ta’ Ġesù (Mt.28:11-15). 

211. Ġesù jidher u jitkellem ma’ żewġ dixxipli sejrin lejn Emmaws, u jiekol magħhom (Mk.16:12-13; Lq.24:13-35). 

212. Ġesù jidher lill-għaxar appostli meta Tumas ma kienx magħhom (Lq.24:36-43; Ġw.20:19-20). 

213. Ġimgħa wara jidher lill-istess appostli, u did-darba Tumas hu magħhom (Ġw.20:26-29). 

214. Ġesù jidher lil seba’ dixxipli mal-Baħar tal-Galilija (Ġw.21:1-14).

215. Ġesù jirrestawra lil Pietru u jbassar il-martirju tiegħu (Ġw.21:15-23). 

216. Ġesù jagħti l-kummissjoni lid-dixxipli biex ixandru l-vanġelu mad-dinja kollha (Mt.28:16-20; Mk.16:14-18; Lq.24:44-49; Ġw.20:21-23). 

217. Ġesù jitla’ lura fis-smewwiet quddiem id-dixxipli wara li jberikhom (Mk.16:19-20; Lq.24:50-53). 

218. Konklużjoni u għan għala nkiteb il-vanġelu (Ġw.20:30-31; 21:24-25).