Il-Missier u l-Ispirtu s-Santu fir-relazzjoni tagħhom mal-Iben fil-Patt il-Ġdid

IL-MISSIER FIR-RELAZZJONI TIEGĦU MAL-IBEN FIL-PATT IL-ĠDID
1. Il-Missier bagħat lil Ibnu fid-dinja (Ġw.3:16; 6:57; 8:16-18; 12:49; G.4:4).
2. Il-Missier issiġilla lil Ibnu (Ġw.6:27).
3. Il-Missier għallem lil Ibnu (Ġw.8:28).
4. Il-Missier unzjona lil Ibnu (Lq.4:18; At.10:38; cf, Isa.61:1).
5. Il-Missier onora lil Ibnu (Ġw.8:54).
6. Il-Missier kmanda lil Ibnu (Ġw.10:18).
7. Il-Missier xehed għal Ibnu (Ġw.8:18).
8. Il-Missier iħobb lil Ibnu (Ġw.10:17).
9. Il-Missier jitgħaxxaq f’Ibnu (Mt.3:17; 17:5; 2 Pt.1:17; cf, Isa.42:1).
10. Il-Missier sema’ lil Ibnu (Mt.26:53; Ġw.11:41-42; 12:27-28).
11. Il-Missier offra lil Ibnu (Ġw.3:16; 18:11; Rum.8:32; 1 Ġw.4:9-10).
12. ll-Missier qajjem lil Ibnu mill-mewt (Ef.1:20).
13. Il-Missier eżalta lil Ibnu (Ef.1:20; Fil.2:9-11).
14. Il-Missier igglorifika lil Ibnu (Ġw.12:28; 17:1).
15. Il-Missier ikkostitwixxa lil Ibnu bħala r-Ras tal-knisja (Ef.1:22).
16. Il-Missier ikkommetta l-ġudizzju lil Ibnu (Ġw.5:22,27).
L-ISPIRTU S-SANTU FIR-RELAZZJONI TIEGĦU MA’ ĠESÙ FIL-PATT IL-ĠDID
1. Ġesù kien imnissel fil-ġuf ta’ Marija verġni mill-Ispirtu s-Santu (Lq.1:35).
2. Ġesù kien unzjonat bl-Ispirtu s-Santu (Mt.3:16; Ebr.1:9).
3. Ġesù prietka bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu (Lq.4:18).
4. Ġesù kien issiġillat bl-Ispirtu s-Santu (Ġw.6:27).
5. Ġesù kien immexxi mill-Ispirtu s-Santu (Mt.4:1).
6. Ġesù għamel il-mirakli permezz tal-Ispirtu s-Santu (Mt.12:28; At.10:38).
7. Ġesù kien kontinwament mimli bl-Ispirtu s-Santu (Ġw.3:34; Lq.4:1).
8. Ġesù għala jew tnikket fl-Ispirtu s-Santu (Ġw.11:33).
9. Ġesù feraħ fl-Ispirtu s-Santu (Lq.10:21).
10. Ġesù offra lilu nnifsu bħala sagrifiċċju għad-dnub permezz tal-Ispirtu s-Santu (Ebr.9:14).
11. Ġesù tqajjem mill-qabar mill-Ispirtu s-Santu (Rum.1:4; 1 Pt.3:18).
12. Ġesù kmanda lill-appostli tiegħu permezz tal-Ispirtu s-Santu (At.1:2).