Il-parabboli ta' Ġesù

1. Żewġ bennejja: wieħed jibni fuq il-blat u l-ieħor fuq ir-ramel (qalha fl-aħħar tal-Prietka fuq il-Muntanja, biex juri kemm hu importanti nobdu kelmtu; Mt.7:24-27; Lq.6:47-49).
2. Żerriegħa miżrugħa fuq erba’ tipi ta’ art (qalha fil-prietka ma’ xatt il-baħar; Mt.13:5-8; Mk.4:3-8; Lq.8:5-8).
3. Is-sikrana miżrugħa mal-qamħ (qalha fil-prietka ma’ xatt il-baħar; Mt.13:24-30).
4. Iż-żerriegħa tal-mustarda, li ssir siġra (qalha fil-prietka ma’ xatt il-baħar; Mt.13:31-32; Mk.4:31-32; Lq.13:19).
5. Il-ħmira fl-għaġna (qalha fil-prietka ma’ xatt il-baħar; Mt.13:33; Lq.13:21).
6. It-teżor moħbi (qalha lid-dixxipli waħidhom; Mt.13:44).
7. Il-perla ta’ prezz għoli (qalha lid-dixxipli waħidhom; Mt.13:45-46).
8. Ix-xibka tat-tkarkir, li ttella’ ħut tajjeb u ħażin (qalha lid-dixxipli waħidhom; Mt.13:47-50).
9. Sid id-dar b’teżori ġodda u qodma (qalha lid-dixxipli waħidhom; Mt.13:51-52).
10. Il-qaddej maħfur li ma weriex ħniena (qalha bi tweġiba għall-mistoqsija ta’ Pietru, “Kemm sikwit imissni naħfer?”; Mt.18:23-35).
11. Il-ħaddiema fil-vinja, li jitħallsu indaqs (qalha biex jgħallem lin-nies ġusti f’għajnejhom stess; Mt.20:1-16).
12. Iż-żewġ ulied: wieħed jobdi lil missieru u l-ieħor le (qalha meta s-sommi saċerdoti staqsew dwar l-awtorità tiegħu; Mt.21:28-32).
13. Il-ħaddiema ħżiena fil-vinja, li joqtlu l-qaddejja mibgħuta minn sidhom (qalha meta s-sommi saċerdoti staqsew dwar l-awtorità tiegħu; Mt.21:33-46; Mk.12:1-12; Lq.20:9-19).
14. It-tieġ ta’ Bin is-Sultan, fejn mistieden minnhom instab mingħajr libsa adatta (qalha qrib tmiem il-ministeru tiegħu; Mt.22:1-14).
15. L-għaxar xebbiet: ħamsa għaqlin u ħamsa boloh (qalha meta bassar it-tieni avvent tiegħu; Mt.25:1-13).
16. It-talenti mqassma lill-qaddejja: ħamsa, tnejn u wieħed (qalha qrib tmiem il-ministeru tiegħu; Mt.25:14-30).
17. Iż-żerriegħa li tikber fil-moħbi (qalha fil-prietka ma’ xatt il-baħar; Mk.4:26-29).
18. Ħbieb l-għarus ma jsumux (qalha meta semmewlu dwar is-sawm tad-dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista; Lq.5:34-35).
19. Libsa ġdida mċarrta biex tissewwa waħda qadima (qalha meta semmewlu dwar is-sawm tad-dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista; Lq.5:36).
20. Inbid ġdid ma jitqegħidx fi ġlud qodma (qalha meta semmewlu dwar is-sawm tad-dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista; Lq.5:37-39).
21. Iż-żewġ midjunin: wieħed maħfur ħafna u l-ieħor ftit (qalha meta kien mistieden għand Xmun il-Fariżew; Lq.7:41-43).
22. Is-samaritan it-tajjeb (qalha għall-mistoqsija tal-avukat, “Min hu l-proxxmu tiegħi?”; Lq.10:25-37).
23. Ir-raġel li f’nofsillejl imur għand ħabibu jitolbu l-ħobż (qalha meta d-dixxipli staqsew dwar it-talb; Lq.10:5-8).
24. L-iblah sinjur, li jibni mħażen ikbar u jittraskura ruħu (qalha meta wieħed talbu jgħid lil ħuh biex jaqsam il-wirt miegħu; Lq.12:16-21).
25. Is-siġra tat-tin li baqgħet bla ma tagħmel frott (qalha meta informawh dwar il-qtil ta’ xi Galilin; Lq.13:6-9).
26. Iċ-ċena l-kbira, bil-mistiedna jaqilgħu l-iskużi (qalha bi tweġiba għal wieħed qed jiekol miegħu; Lq.14:16-24).
27. In-nagħġa l-mitlufa (qalha meta l-Fariżej gergru talli kien jagħmilha mal-pubblikani u l-midinbin; Mt.18:12-14; Lq.15:4-7).
28. Il-munita l-mitlufa (qalha meta l-Fariżej gergru talli kien jagħmilha mal-pubblikani u l-midinbin; Lq.15:8-10).
29. L-iben il-ħali (qalha meta l-Fariżej gergru talli kien jagħmilha mal-pubblikani u l-midinbin; Lq.15:11-32).
30. L-amministratur inġust (qalha lid-dixxipli tiegħu; Lq.16:1-9).
31. Is-sinjur u Lażżru (qalha biex iċanfar ir-regħba tal-Fariżej; Lq.16:19-31).
32. Il-qaddejja bla fejda, li jagħmlu dmirhom (qalha biex jgħallem lill-appostli; Lq.17:7-10).
33. L-imħallef inġust, iffittat mill-armla (qalha biex jgħallem lid-dixxipli dwar persistenza fit-talb; Lq.18:1-8).
34. Il-Fariżew u l-pubblikan jitolbu fit-tempju (qalha biex jgħallem lin-nies li jafdaw fihom infushom; Lq.18:10-14).
35. Il-miniet imqassma lill-qaddejja biex jikkummerċjaw bihom (qalha meta n-nies ħasbu li saltnet Alla se tidher dalwaqt; Lq.19:12-27).