Il-mirakli fil-Patt il-Ġdid
IL-MIRAKLI TA’ SIDNA ĠESÙ
1. Ġesù jibdel l-ilma fi nbid waqt tieġ f’Kana tal-Galilija (Ġw.2:1-11).
2. Ifejjaq bin wieħed nobbli f’Kana (Ġw.4:46-54).
3. Ifejjaq raġel zopp fil-menqgħa ta’ Betżata (Ġw.5:1-18).
4. Jagħti ordni lis-sajjieda, bir-riżultat li tellgħu qabda mirakoluża ta’ ħut (Lq.5:1-11).
5. Jiskonġri wieħed indemonjat fis-sinagoga (Mk.1:23-28; Lq.4:31-37).
6. Ifejjaq omm il-mara ta’ Pietru (Mt.8:14-15; Mk.1:29-31; Lq.4:38-39).
7. Inaddaf wieħed lebbruż (Mt.8:2-4; Mk.1:40-45; Lq.5:12-16).
8. Ifejjaq raġel paralitiku u jaħfirlu dnubietu (Mt.9:2-8; Mk.2:3-12; Lq.5:18-26).
9. Ifejjaq wieħed b’idu niexfa (Mt.12:9-13; Mk.3:1-5; Lq.6:6-10).
10. Ifejjaq qaddej ta’ ċenturjun (Mt.8:5-13; Lq.7:1-10).
11. Iqajjem iben armla mill-mewt f’Najn (Lq.7:11-15).
12. Ifejjaq indemonjat għami u mutu (Mt.12:22-24; Lq.11:14).
13. Jikkalma maltempata fuq il-baħar (Mt.8:18,23-27; Mk.4:35-41; Lq.8:22-25).
14. Jeħles lill-indemonjati ta’ Gadara (Mt.8:28-34; Mk.5:1-20; Lq.8:26-39).
15. Ifejjaq mara bi tnixxija tad-demm (Mt.9:20-22; Mk.5:25-34; Lq.8:43-48).
16. Iqajjem lil bint Ġajru mill-mewt (Mt.9:18-19,23-26; Mk.5:22-24,35-43; Lq.8:41-42,49-56).
17. Ifejjaq żewġt irġiel għomja (Mt.9:27-31).
18. Jeħles wieħed indemonjat u mutu (Mt.9:32-33).
19. Jitma’ ħames elef raġel, u magħhom nisa u tfal (Mt.14:14-21; Mk.6:34-44; Lq.9:12-17; Ġw.6:5-13).
20. Jimxi fuq l-ilma (Mt.14:24-33; Mk.6:45-52; Ġw.6:16-21).
21. Jeħles bint mara Sirofenissa mill-ħakma ta’ demonju (Mt.15:21-28; Mk.7:24-30).
22. Ifejjaq wieħed trux u mutu f’Dekapoli (Mk.7:31-37).
23. Jerġa’ jitma’ folla nies, did-darba t’erbat elef, apparti n-nisa u t-tfal (Mt.15:32-39; Mk.8:1-9).
24. Ifejjaq għama f’Betsajda (Mk.8:22-26).
25. It-trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fuq il-muntanja (Mt.17:1-8; Mk.9:2-8; Lq.9:28-36).
26. Jillibera tifel epilettiku ppussessat minn demonju (Mt.17:14-18; Mk.9:14-29; Lq.9:38-42).
27. Jidderieġi lil Pietru biex jistad u jgħidlu minn qabel illi f’ħalq il-ħuta se jsib l-ammont preċiż ta’ flus biex jitħallas il-ħaraġ għalihom it-tnejn (Mt.17:24-27).
28. Ifejjaq raġel imwieled għama (Ġw.9:1-7).
29. Ifejjaq wieħed mutu u għami, ippussessat minn demonju (Lq.11:14).
30. Ifejjaq mara b’daharha milwi nhar ta’ Sibt (Lq.13:10-17).
31. Ifejjaq raġel marid bl-ilma (Lq.14:1-6).
32. Iqajjem lil ħabibu Lażżru mill-mewt (Ġw.11:17-44).
33. Inaddaf għaxar imġiddma (Lq.17:11-19).
34. Jagħti d-dawl lil Bartimew u għama ieħor (Mt.20:29-34; Mk.10:46-52; Lq.18:35-43).
35. Jisħet siġra tat-tin u tidbiel minnufih (Mt.21:18-19; Mk.11:12-14).
36. Jirrestawra widnet Malku (Lq.22:49-51; Ġw.18:10).
37. F’ubbidjenza għall-kmand tiegħu, id-dixxipli jaqbdu t-tieni qabda mirakoluża ta’ ħut (Ġw.21:1-11).
Hemm ukoll avvenimenti fil-ħajja ta’ Ġesù illi huwa dubjuż jidħlux fil-kategorija ta’ mirakli. Il-mod kif inhuma rakkontati jħallu spazju hekk li ma nistgħux inkunu dommatiċi. Dawn huma:
1.Ġesù jara lil Natanael taħt it-tina (Ġw.1:42-48).
2. Ġesù jiżgiċċa minn folla ostili (Lq.4:30).
3. Isir terremot qalil, u l-blat jitkisser (Mt.27:51).
AVVENIMENTI MIRAKOLUŻI MARBUTA MAL-ĦAJJA TA’ KRISTU
1. Anġlu tal-Mulej jidher lil Żakkarija fit-tempju (Lq.1:11-19).
2. Żakkarija jimmuta talli m’emminx (Lq.1:20-22).
3. Anġlu tal-Mulej, Gabriel, jidher lil Marija (Lq.1:26-38).
4. Żakkarija mfejjaq mill-muta (Lq.1:64).
5. It-tnissil ta’ Ġesù fil-ġuf t’ommu verġni, u t-twelid tiegħu (Mt.1:18-25; Lq.1:26-2:20).
6. Anġli jidhru lir-rgħajja u jħabbrulhom twelid il-Feddej (Lq.2:9-15).
7. L-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq Ġesù waqt il-magħmudija tiegħu, u leħen il-Missier mis-sema (Mt.3:16-17; Mk.1:9-11; Lq.3:21-23; Ġw.1:33).
8. Anġli jaqdu lil Ġesù wara t-tiġribiet tiegħu (Mt.4:11; Mk.1:13).
9. Leħen Alla mis-sema jagħti xhieda lil Ibnu (Ġw.12:28-29).
10. Id-dalma li waqgħet meta kien imsallab (Mt.27:45; Mk.15:33; Lq.23:44-45).
11. Il-purtiera tat-tempju mċarrta (Mt.27:51; Mk.15:38; Lq.23:45).
12. Il-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù: l-ikbar miraklu u l-iżjed sinifikanti (Mt.28:1-7; Mk.16:1-8; Lq.24:1-12; Ġw.20:1-9).
13. L-oqbra jinfetħu u d-dehra tal-mejtin imqajma (Mt.27:52-56).
14. Id-dehriet tal-anġli wara l-qawmien tiegħu (Mt.28:1-7; Mk.16:5-7; Lq.24:4-7; Ġw.20:12-13).
15. Id-dehriet ta’ Ġesù wara l-irxoxt tiegħu (Mt.28:9-20; Mk.16:9-18; Lq.24:13-50; Ġw.20:14-29; 21:4-23).
16. It-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù quddiem għajnejn id-dixxipli tiegħu (Mk.16:19-20; Lq.24:51-53).
SOMMARJI U ALLUŻJONIJIET GĦALL-MIRAKLI FIL-ĦAJJA TA’ ĠESÙ
1. L-unzjoni tal-Ispirtu u l-missjoni ta’ Ġesù (Mt.12:15-21; Lq.4:18-19).
2. Il-morda u l-ippussessati mfejqa s-Sibt flgħaxija (Mt.8:16-17; Mk.1:32-34; Lq.4:40-41).
3. Nikodemu jammetti apertament illi Ġesù għamel bosta mirakli setgħana u hekk hu validat bħala mgħallem ġej mingħand Alla (Ġw.3:2).
4. Kmieni fil-ministeru tiegħu Ġesù jdur fil-Galilija u jfejjaq ħafna nies (Mt.4:23-25; 9:35; Mk.1:39; Lq.5:15; Ġw.6:2,26).
5. Segwaċi nisa ta’ Ġesù mfejqa u eżorċizzati (Mk.16:9; Lq.8:2-3).
6. Il-mistoqsija ta’ Ġwanni l-Battista u r-referenza ta’ Ġesù għall-mirakli diversi tiegħu (Mt.11:2-6; Lq.7:18-23).
7. Ġesù jkompli jfejjaq u jkeċċi d-demonji (Mt.12:15-21; Mk.3:7-12; Lq.6:17-19).
8. Ġesù jattribwixxi l-mirakli tiegħu għall-qawwa tal-Ispirtu, bħala sinjal li waslet saltnet Alla (Mt.9:34; 12:22-30; Mk.3:22-30; Lq.11:14-23; Ġw.7:20; 8:48,52; 10:20-21).
9. Ġesù jirrifjuta milli jagħmel miraklu, u minflok jalludi għas-sinjal ta’ Ġona (Mt.12:38-42; 16:1-4; Mk.8:11-13; Lq.11:16,29-32; Ġw.2:18; 6:30).
10. Ġesù ma jagħmilx bosta mirakli f’beltu stess minħabba n-nuqqas tat-twemmin daparti tan-nies (Mt.13:53-58; Mk.6:1-6; Lq.4:16-30).
11. Ħut Ġesù jalludu għall-għemejjel mirakolużi tiegħu (Ġw.7:3-4).
12. Erodi Antipa jirreferi għall-mirakli ta’ Ġesù (Mt.14:1-2; Mk.6:14-16; Lq.9:7-9; 23:8).
13. Ġesù jfejjaq in-nies f’Gennesaret (Mt.14:34-36; Mk.6:53-56).
14. Fejqan fuq l-għoljiet tal-Galilija (Mt.15:29-31).
15. Kemm-il darba, f’diversi okkażżjonijiet, Ġesù jbassar l-irxoxt tiegħu, il-miraklu deċiżiv u ċentrali tal-fidi tagħna (Mt.16:21; 17:23; 20:19; 28:6; Mk.8:31; 9:31; 10:34; 16:7; Lq.9:22; 18:33; 24:7,46; Ġw.2:18-22; 10:18; 14:28).
16. Ġesù jgħid illi qed ikeċċi d-demonji u jfejjaq in-nies (Lq.13:32).
17. Fejqan fil-Ġudea lil hinn mill-Ġordan (Mt.19:1-2).
18. Ġesù jfejjaq l-għomja u z-zopop fit-tempju (Mt.21:14).
19. It-tweġiba ta’ Ġesù lis-Sommu Saċerdot (Mt.26:64; Mk.14:62; Lq.22:69).
20. L-għemejjel, jew mirakli, ta’ Ġesù huma l-għemejjel tal-Missier (Ġw.5:17,20,36; 14:10-12; 15:24; 17:4).
21. Il-mirakli ta’ Ġesù bħala sinjali illi hu l-Messija, Bin Alla (Ġw.20:30-31; cf, 2:11,18,23; 3:2; 4:54; 6:2,14,26; 7:31; 9:16.; 10:41; 11:47; 12:18,37).
MIRAKLI OĦRA FL-ERBA’ VANĠELI
Nies ħżiena jikklejmjaw li għamlu l-mirakli (Mt.7:22-23).
Ġesù jibgħat lit-Tnax b’awtorità biex ifejqu u jagħmlu l-mirakli (Mt.10:1,8; Mk.3:15; 6:7; Lq.9:1f).
Eżorċista, li ma kienx wieħed mit-Tnax, ikeċċi d-demonji (Mk.9:38-41; Lq.9:49-50).
Tnejn u sebgħin mibgħuta biex ifejqu u jkeċċu d-demonji (Lq.10:1-20).
Sinjali u għeġubijiet ta’ Kristijiet foloz u profeti foloz (Mt.24:24; Mk.13:22).
SEBA’ SINJALI FL-EVANĠELJU SKONT ĠWANNI
Ġwanni llimita ruħu għal seba’ mirakli biex probabbilment jirrifletti l-idea ta’ għadd perfett u kompletezza. Bihom joffrilna stampa tal-komprensività ta’ Ġesù Kristu bħala Salvatur tagħna. Is-sinjali jikkonvinċuna li Ġesù jeżerċita ħakma u kontroll divin:
1. Fuq il-kwalità, meta bidel l-ilma f’inbid (Ġw.2:1-11).
2. Fuq l-ispazju, meta fejjaq lil bin in-nobbli mill-bogħod (Ġw.4:46-54).
3. Fuq iż-żmien, meta fejjaq lil raġel zopp għal tmienja u tletin sena (Ġw.5:1-18).
4. Fuq il-kwantità, meta tema’ ħamest elef (Ġw.6:1-15).
5. Fuq in-natura, meta mexa fuq il-baħar (Ġw.6:16-21).
6. Fuq “l-isfortuna,” meta ta d-dawl lir-raġel imwieled għama (Ġw.9:1-41).
7. Fuq il-mewt, meta qajjem lil Lażżru mill-qabar (Ġw.11:1-57).
Fl-istess ħin is-sinjali huma paraboliċi; jiffunzjonaw bħal għeliem profetiċi li jillustraw u jinkorporaw il-messaġġ ta’ Ġesù. Hekk it-tmigħ tal-ħamest elef iwassal immedjatament għad-diskors fuq il-ħobż tal-ħajja (Ġw.6:35-65). Il-fejqan tar-raġel magħtub u tal-għama, flimkien mal-qawmien ta’ Lażżru huma paraboliċi tal-ħidma salvivika ta’ Ġesù, li jirrestawra lil dawk spiritwalment magħtuba u għomja, u jagħti l-ħajja eterna lill-bniedem mejjet fid-dnub.
MIRAKLI FL-ATTI TAL-APPOSTLI
L-Atti tal-Appostli huwa r-rekordju ispirat tal-ministeru ta’ Ġesù permezz tal-appostli u d-dixxipli tiegħu. F’sens reali Ġesù ħadem bihom f’għemilhom u xandirhom; kompla jagħmel dak li beda tul il-jiem tal-umiljazzjoni tiegħu (At.1:1). Il-mirakli fil-jiem bikrija tal-knisja huma impressjonanti u kotrana wkoll. Bihom Alla kkonferma l-verità tal-evanġelju mxandar mal-erbat irjieħ. Hawn hi lista komprensiva tal-mirakli speċifiċi msemmija jew deskritti:
1. Ġesù rxoxtat jidher lill-appostli kollha (At.1:3-5).
2. Is-Sid Ġesù jitla’ lura fis-smewwiet (At.1:6-9).
3. Żewġ anġli jidhru lill-appostli (At.1:10-11).
4. L-Ispirtu s-Santu jinżel fuq l-appostli u sħabhom f’Jum Pentekoste (At.2:1-4).
5. L-appostli jitkellmu b’lingwi oħra li qatt ma kienu tgħallmu qabel (At.2:4-13).
6. Pietru jfejjaq wieħed magħtub fit-tempju (At.3:1-11).
7. Ananija u Saffira jitilfu ħajjithom b’ġudizzju dirett u istantanju (At.5:5-10).
8. Anġlu jirrilaxxja lill-appostli mill-ħabs (At.5:18-20).
9. Stiefnu jara lil Ġesù fuq il-leminija t’Alla (At.7:55-56).
10. Is-Samaritani jirċievu l-Ispirtu s-Santu wara li l-appostli qiegħdu jdejhom fuqhom (At.8:14-17).
11. Filippu maqbud mill-Ispirtu s-Santu u trasportat mirakolożament f’post ieħor (At.8:39-40).
12. Ġesù rxoxtat jidher lil Sawl fi triqtu lejn Damasku (At.9:3-7).
13. Ġesù jidher lil Ħananija biex jibagħtu għand Sawl (At.9:10-16).
14. Sawl jirkupra l-vista t’għajnejh (At.9:17-19).
15. Pietru jfejjaq lil Enea, wieħed paralitiku (At.9:32-34).
16. Dorkas restawrita għall-ħajja (At.9:36-42).
17. Kornelju jirċievi viżjoni (At.10:1-8).
18. Pietru jara dehra mis-sema għal tliet darbiet (At.10:9-16).
19. Kornelju, qrabatu u ħbiebu jirċevu l-Ispirtu s-Santu, u jitkellmu bl-ilsna (At.10:44-48).
20. Anġlu jeħles lil Pietru mill-ħabs (At.12:7-10).
21. Anġlu tal-Mulej joqtol lil Erodi (At.12:23).
22. Elima s-saħħar jagħma f’daqqa (At.13:8-11).
23. Pawlu jfejjaq raġel zopp f’Listra (At.14:8-10).
24. Pawlu jkeċċi demonju minn xebba li bih kellha s-setgħa teħber (At.16:16-18).
25. Il-bibien tal-ħabs jinfetħu u l-ktajjen ta’ Pawlu u Sila jinkisrulhom (At.16:25-26).
26. Il-Mulej jidher lil Pawlu wara li wasal Korintu (At.18:9-10).
27. Xi fidili f’Efesu jirċievu l-Ispirtu s-Santu wara li Pawlu qiegħed idejh fuqhom (At.19:6).
28. Ewtiku restawrit għall-ħajja wara li waqa’ minn tieqa fl-għoli (At.20:9-12).
29. Il-Mulej jidher lil Pawlu billejl (At.23:11).
30. Pawlu protett minn gidma ta’ vipera (At.28:3-6).
31. Pawlu jfejjaq lil missier Publiju (At.28:7-8).
Apparti dawn l-istanzi mirakolużi, jingħad illi l-appostli wettqu ruxxmata mirakli oħra:
Ħafna sinjali u għeġubijiet isiru mill-appostli (At.5:12).
Stiefnu wkoll għamel mirakli kbar (At.6:8).
3. Filippu jkeċċi spirti mniġġsa minn bosta nies, kif ukoll fejjaq liz-zopop u mifluġin, ma’ mirakli oħra mhux speċifikati (At.8:6-7,13).
4. Bosta għeliem mhux tas-soltu huma mwettqa minn Pawlu (At.19:11-12).
MIRAKLI FIR-RIVELAZZJONI
F’dal-ktieb insibu kotra ta’ mirakli, però kultant mhuwiex ċar kif għandna nittrattaw it-test, hux b’mod litteru jew inkella metaforiku minħabba n-natura apokalittika u simbolika tal-ktieb. Hawnhekk nelenkaw lista tagħhom, bla ma nagħtu deċiżjoni:
1. Ġwanni jkollu viżjoni ta’ Ġesù fil-glorja (Riv.1:1-3:22).
2. Ġwanni tingħatalu viżjoni tal-ġejjieni (Riv.4:1-22:21).
3. Isir terremot kbir (Riv.6:12).
4. Ix-xemx issir sewda bħal xkora (Riv.6:12).
5. Il-qamar isir qisu demm (Riv.6:13).
6. Il-kwiekeb jaqgħu mis-sema għal fuq l-art (Riv.6:13).
7. Kull muntanja tisfa mħarrka minn postha (Riv.6:14).
8. Silġ u nar imħallta mad-demm jaqgħu fuq l-art (Riv.8:7).
9. Xi ħaġa bħal muntanja kbira taqbad hi mixħuta fil-baħar, u t-tielet parti tal-baħar isir demm (Riv.8:8).
10. Terz tal-iġfna jisfaw meqruda (Riv.8:9).
11. Kewkba kbira taqbad taqa’ mis-sema u terz tax-xmajjar u l-funtani jsiru morri (Riv.8:10-11).
12. It-tielet parti mix-xemx hi mdallma, kif ukoll tal-qamar u l-kwiekeb (Riv.8:12).
13. Taqa’ kewkba mis-sema (Riv.9:1).
14. Ix-xemx hi mdallma bid-duħħan mill-abbiss bla qiegħ (Riv.9:2).
15. Flaġell ta’ ġurati: jingħataw is-setgħa biex jitturmentaw lill-bnedmin għal ħames xhur (Riv.9:3-11).
16. Tinqatel terz tal-umanità (Riv.9:18).
17. Iż-żewġ xhieda jiddevoraw lill-għedewwa tagħhom b’nar minn ħluqhom (Riv.11:5).
18. Iż-żewġ xhieda jaqilbu l-ilma f’demm (Riv.11:6).
19. Iż-żewġ xhieda jidorbu l-art b’ħafna flaġelli (Riv.11:6).
20. Iż-żewġ xhieda jitqajmu mill-mewt (Riv.11:11).
21. Iż-żewġ xhieda jitilgħu fis-smewwiet (Riv.11:12).
22. Isir terremot kbir li minħabba fih tiġġarraf l-għaxar parti tal-belt, u sebat elef imutu (Riv.11:13).
23. Ikun hemm beraq, ilħna, ragħad, terremot u silġ kbir (Riv.11:19).
24. Pjagi nittiena u pessmi jitfaċċaw fuq in-nies li jqimu lid-dbib (Riv.16:2).
25. Il-baħar isir bħal demm, u kull ruħ ħajja fuqu tmut (Riv.16:3).
26. Ix-xmajjar u l-funtani tal-ilma jsiru demm (Riv.16:4).
27. Ix-xemx tikwi lin-nies bin-nar (Riv.16:8).
28. Id-dalma tiksi saltnet id-dbib (Riv.16:10).
29. Jixxotta l-ilma tax-Xmara Ewfrat (Riv.16:12).
30. Ikun hemm ħsejjes, ragħad u terremot qalil (Riv.16:18).
31. Il-gżejjer jaħarbu u l-muntanji ma jinstabux (Riv.16:20).
32. Raxxa ħaġar tqil taqa’ fuq in-nies (Riv.16:21).
33. Il-waqgħa tal-Babilonja (Riv.18:1-24).
34. Ir-ritorn ta’ Ġesù Kristu fil-glorja (Riv.19:11-16).
35. Jidhru s-smewwiet ġodda u l-art ġdida (Riv.21:1).
36. Ġerusalemm il-ġdida tinżel mis-smewwiet (Riv.21:10).
F’dawn il-listi kollha li fihom elenkajna l-mirakli kollha inklużi fil-Patt il-Ġdid, irridu niġbdu l-attenzjoni li dawn l-avvenimenti mhux kollha huma mirakli fis-sens tekniku ta’ azzjoni diretta t’Alla li jissospendi liġi naturali. Xi wħud, bħad-dulluvju dinji fi żmien Noè u l-qirda ta’ Sodoma u Gomorra, jistgħu jkunu atti speċjali ta’ providenza divina fejn Alla juża liġijiet naturali biex iwettaq l-għan tiegħu.