Il-ħin fiż-żminijiet tal-Patt il-Ġdid



Il-jum Lhudi jibda mis-sitta ta’ filgħodu u jintemm fis-sitta ta’ flgħaxija. Mela jitqassam mill-ewwel siegħa sat-tnax-il siegħa. “Mhux tnax-il siegħa fih il-jum?” (Ġwanni 11:9). Is-sigħat tal-jum, kif jissemmew fil-Patt il-Ġdid, huma hekk:
  • It-tielet siegħa: 9 a.m. (Mt.20.3; Mk.15:25; At.2:15).
  • It-tielet siegħa tal-lejl: 9 p.m. (At.23:23).
  • Is-sitt siegħa: nofsinhar (Mt.20:5; 27:45; Mk.15:33; Lq.23:44; Ġw.4:6; 19:14; At.10:9).
  • Is-seba’ siegħa: 1 p.m. (Ġw.4:52).
  • Id-disa’ siegħa: 3 p.m. (Mt.20:5; 27:45-46; Mk.15:33; Lq.23:44; At.3:1; 10:3,30).
  • L-għaxar siegħa: 4 p.m. (Ġw.1:39).
  • Il-ħdax-il siegħa: 5 p.m. (Mt.20:6,9).
Il-militar Ruman kien jaqsam il-lejl f’erba’ għases, ta’ tliet sigħat-il waħda, minn 6.00 p.m. sas-6.00 a.m. Jissemmew dawn fil-Patt l-Ġdid:
  • It-tieni għassa (tal-lejl): bejn id-disgħa ta’ billejl u nofsillejl (Lq.12:38).
  • It-tielet għassa (tal-lejl): bejn nofsillejl u t-tlieta ta’ filgħodu (Lq.12:38).
  • Ir-raba’ għassa (tal-lejl): bejn it-tlieta u s-sitta ta’ filgħodu (Mt.14:25; Mk.6:48).