L-anġli u d-demonji fil-ħajja ta' Ġesù

L-ANĠLI FIL-ĦAJJA TA’ ĠESÙ

L-anġli nħolqu minn Ġesù u għalih (Kol.1:16). 

L-anġli jqimu lil Ġesù (Ebr.1:6).

L-anġli bassru t-twelid tiegħu (Mt.1:20-21; Lq.1:31).

L-anġli annunzjaw twelidu (Lq.2:9-13).

L-anġli proteġewh minn Erodi li ried joqtlu (Mt.2:13; S.91:11). 

L-anġli qdewh wara s-sawma u t-tiġrib tiegħu fix-xagħri (Mt.4:11).

L-anġli tawh servizz qabel il-passjoni fl-Ort tal-Getsemani (Lq.22:43).

L-anġli gerbbu l-ħaġra tal-qabar fejn kien indifen Ġesù (Mt.28:2)

L-anġli kienu l-ewwel ħabbara tar-resurrezzjoni tiegħu (Mt.28:6).

L-anġli bassru t-tieni miġja ta’ Ġesù fil-glorja (At.1:10-11).

L-anġli għad jakkumpanjaw lis-Sid Ġesù fl-avvent tiegħu fl-aħħar jum (2Ts.1:7-8).

ID-DEMONJI FIL-ĦAJJA TA’ ĠESÙ

Id-demonji kienu jafuh u jagħrfuh (Mk.3:11; Lq.4:34; At.16:15).

Id-demonji beżgħu minnu (Lq.8:28).

Id-demonji obdewh (Mk.5:13).

Ġesù ħeles lil raġel invażat bihom f’Kafarnaħum (Mt.1:25; Lq.4:35). 

Ġesù llibera lill-indemonjat f’Gadara (Mt.8:32; Mk.5:8; Lq.8:33).

Ġesù keċċa demonju minn raġel li minħabba fih kien mutu (Mt.9:33).

Ġesù keċċa demonju minn tifla ta’ mara Sirofenissa (Mt.15:28; Mk.7:29). 

Ġesù ħeles tifel indemonjat (Mt.17:18; Mk.9:25; Lq.9:42). 

Ġesù skonġra indemonjat għama u trux  (Mt.12:22; Lq.11:14).

Ġesù llibera mara b’marda għal tmintax-il sena minħabba influwenza satanika (Lq.13:10-17).

Ġesù ħeles lil Marija Madalena mill-ħakma tad-demonji f’ħajjitha (Mk.16:9; Lq.8:2).